Erasmus+

Dokumenti għall-applikanti

Dokumenti għall-Applikanti

Il-Programm Erasmus+ għandu diversi dokumenti ta' appoġġ għall-parteċipanti individwali kif ukoll għall-organizzazzjonijiet.

 

Formoli Mudell ta' Applikazzjoni

Il-mudelli tal-formoli ta’ applikazzjoni għandhom jimtlew mill-applikanti li jixtiequ jipparteċipaw f’attivitajiet appoġġjati mill-programm Erasmus+. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, il-formoli ta’ applikazzjoni għandhom jimtlew kif xieraq u jiġu sottomessi lill-Aġenzija Nazzjonali jew lill-Aġenzija Eżekuttiva fl-iskadenzi stabbiliti fis-sejħiet speċifiċi għal proposti.

Sir af iktar

Sistema Ewropea ta’ Trasferiment u Akkumulazzjoni ta' Krediti (ECTS)

L-ECTS hi sistema ta’ krediti maħsuba biex ikun iktar faċli għall-istudenti biex jiċċaqilqu bejn pajjiżi differenti.

Sir af iktar

Mudelli tal-Ftehimiet ta’ Għotja

Mudelli tal-ftehimiet ta’ għotja li għandhom jiġu ffirmati mill-benefiċjarji tal-finanzjament minn Erasmus+.

Sir af iktar

Ftehim dwar it-Tagħlim

Jiddeskrivi l-programm tal-istudji jew it-traineeship li għandhom isiru minn student. Irid jiġi ffirmat mill-organizzazzjoni li qed tibgħat u dik li qed tirċievi, kif ukoll l-istudent jew it-trainee.

Sir af iktar

Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja

Dokument li jiddeskrivi l-qafas ġenerali għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni li jridu jitwettqu minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'Erasmus+.

Sir af iktar

Ftehim dwar il-Mobilità

Jistabbilixxi l-programm ta' tagħlim jew taħriġ li jrid isir minn membru tal-persunal. Irid jiġi ffirmat mill-organizzazzjoni li qed tibgħat u dik li qed tirċievi, kif ukoll il-membru tal-persunal.

Sir af iktar

Ftehim Interistituzzjonali

Dawn il-ftehimiet huma stabbiliti minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jipparteċipaw f'Erasmus+ għal attivitajiet ta' mobilità għall-istudent jew il-persunal.

Sir af iktar

Info Kit tas-Servizz Volontarju Ewropew

Pakkett imfassal biex jipprovdi lill-organizzazzjonijiet u lill-individwi li jieħdu sehem f'Erasmus+ bl-informazzjoni li għandhom bżonn biex jieħdu sehem.

Sir af iktar

Karta tas-Servizz Volontarju Ewropew

Dokument li jiddeskrivi l-valuri u l-istandards fundamentali mistennija mill-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem f'opportunitajiet tas-SVE taħt Erasmus+.

Sir af iktar

Karta tal-Istudenti

Dokument mogħti lill-istudenti magħżula għal Erasmus+ li jinfurmahom bid-drittijiet u r-responsabbilitajiet tagħhom matul il-kollokament Erasmus+ tagħhom.

Sir af iktar

Rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni tal-istudenti u l-istaff ta’ edukazzjoni għolja b’kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa fil-programm Erasmus+

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.