Kalkulatur tad-Distanza

Għall-appoġġ ta’ għotja għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar fil-programm Erasmus+, id-distanzi tal-ivvjaġġar għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-kalkulatur tad-distanza.

Din l-għodda mhix maħsuba biex l-individwi jiddeterminaw kemm għandhom jirċievu finanzjament. Dawn l-ammonti jiddependu fuq fatturi varji, inklużi l-ispejjeż amministrattivi li jsiru mill-organizzazzjonijiet parteċipanti u l-Aġenziji Nazzjonali.

Fil-formoli tal-applikazzjoni u tar-rapport trid tintgħażel il-faxxa tad-distanza korrispondenti, ibbażata fuq id-distanza espressa f’kilometri.

Il-kalkulatur tad-distanza hu maħsub għall-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-programm Erasmus+ biex jikkalkulaw id-distanzi tal-ivvjaġġar għall-appoġġ tal-għotja lill-individwi.

Struzzjonijiet

Biex tuża l-kalkulatur, għandek:

  1. Tibda billi tittajpja l-lokalità fil-kaxxa "Start:" meta pprovduta mal-lista tal-lokalitajiet, ikklikkja dik korretta
  2. Irrepeti l-proċedura għall-kaxxa "End:" .
  3. Agħfas l-"Enter" key fil-keyboard tiegħek biex tottjeni d-distanza, ipprovduta f’kilometri.

Jekk jogħġbok innota li għandek tagħżel belt jew raħal speċifika/u, u mhux pajjiż.

Għal informazzjoni dettaljata dwar ir-regoli ta’ finanzjament, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Gwida tal-Programm Erasmus+.

Jekk qed issib diffikultà biex tara l-kalkulatur tad-distanza, tista’ tidħol fuq verżjoni alternattiva fuq dan is-sit web. Napprezzaw ukoll jekk tgħarrafna bil-problema tiegħek, kif ukoll il-brażwer tiegħek (inkluża l-verżjoni) u s-sistema operattiva permezz tal-paġna rrapporta bug.

Aqsam din il-paġna