Erasmus+

Ħarsa ġenerali

Opportunitajiet

Erasmus+, li twaqqaf biex idum sal-2020, m'għandux biss opportunitajiet għall-istudenti. Hu jgħaqqad flimkien seba' programmi ta' qabel u joffri opportunitajiet għal varjetà wiesgħa ta' individwi u organizzazzjonijiet.

Fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ issib informazzjoni dettaljata dwar dawn l-opportunitajiet, inklużi l-kriterji ta’ eleġibbiltà. Għal xi opportunitajiet ċentralizzati hemm wkoll gwida indikattiva tal-finanzjament.

Aqra l-iskeda informattiva dwar Erasmus+

Individwi

Erasmus+ għandu opportunitajiet għal nies ta' kull età u jgħinhom jiżviluppaw u jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza f'istituzzjonijiet u f’organizzazzjonijiet b'pajjiżi differenti.

Opportunitajiet għall-individwi

Organizzazzjonijiet

Erasmus+ għandu opportunitajiet għal firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet, li jinkludu universitajiet, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, gruppi ta' riflessjoni, organizzazzjonijiet ta' riċerka, u negozji privati.

Opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet

 

Għanijiet

L-għan ta' Erasmus+ hu li jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, l-impjiegi, l-ekwità soċjali u l-inklużjoni, kif ukoll l-għanijiet ta' ET2020, il-qasam strateġiku tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

Erasmus+ għandu l-għan ukoll li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tas-sħab tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-UE.

Kwistjonijiet speċifiċi indirizzati mill-programm jinkludu:

Appoġġ għall-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u r-riforma

Riżultati

Ir-riżultati ta' Erasmus+ huma disponibbli f'rapporti u ġabriet tal-istatistika, kif ukoll permezz tal-Pjattaforma tal-Proġetti Erasmus+, li tinkludi l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ffinanzjati mill-programm, kif ukoll għażla ta' prattiki tajbin u stejjer ta' suċċess.

Statistika

L-istatistika dwar Erasmus+ huma disponibbli mill-paġna tal-istatistika.

Fil-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ hemm disponibbli informazzjoni dwar il-progress lejn il-punti ta' riferiment ta' ET2020.

Il-progress lejn il-punti ta' riferiment ta' ET2020 tista' tarahom ukoll permezz ta' serje ta' mapep interattivi.

B'mod simili, tista' ssib informazzjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa fil-Monitoraġġ taż-Żgħażagħ.

Rapporti

Il-Programm Erasmus+ hu s-suġġett ta' analiżi f'nofs it-term tal-programm, li għandha titlesta fl-2017, u studju tal-impatt, li għandu jiġi ppubblikat wara li jitlesta l-programm fl-2020.

Wara li tlesta l-programm Erasmus, fl-2014 ġie ppubblikat studju tal-impatt li enfasizza r-riżultati tal-programm.

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.