Erasmus+

Organizzazzjonijiet

Ħarsa ġenerali

L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw f'Erasmus+ jistgħu jimpenjaw ruħhom f'numru ta' attivitajiet ta' żvilupp u ta' netwerking, inkluż titjib strateġiku tal-ħiliet professjonali tal-persunal tagħhom, il-bini tal-kapaċità organizzazzjonali tagħhom, u l-ħolqien ta' sħubijiet kooperattivi transnazzjonali ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn sabiex jipproduċu outputs innovattivi jew skambji tal-aħjar prattiki.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet jiffaċilitaw l-opportunitajiet ta' tagħlim b'mobilità għal studenti, persunal, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ.

Il-benefiċċji għal organizzazzjonijiet involuti jinkludu kemm kapaċità miżjuda biex joperaw fil-livell internazzjonali, metodi ta' maniġment imtejbin, aċċess għal opportunitajiet u għal proġetti ta' finanzjament, abilità miżjuda biex jippreparaw, jimmaniġġjaw, u jsegwu proġetti, kif ukoll portafoll aktar attraenti għal opportunitajiet għal studenti u persunal f'organizzazzjonijiet parteċipanti.

Kalkulatur tad-distanza

 

Azzjonijiet Ewlenin

/programmes/erasmus-plus/file/organisations-mobilitysvg_mtorganisations-mobility.svg

Key Action 1: Learning mobility of individuals

Azzjoni Ewlenija 1: Mobilità fit-tagħlim tal-individwi

L-Azzjoni Ewlenija 1 timmira biex tinkuraġġixxi l-mobilità tal-istudenti, il-persunal, il-voluntiera, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, u ż-żgħażagħ. L-organizzazzjonijiet jistgħu jirranġaw kemm biex jibagħtu jew jirċievu studenti u persunal lejn jew minn pajjiżi parteċipanti, kif ukoll biex jorganizzaw attivitajiet ta' tagħlim minn għalliema, ta' taħriġ, ta' tagħlim għall-istudenti u ta' volontarjat.

Skopri aktar

/programmes/erasmus-plus/file/organisations-innovationsvg_mtorganisations-innovation.svg

Key Action 2: Innovation and good practices

Azzjoni Ewlenija 2: Innovazzjoni u prattiki tajba

L-Azzjoni Ewlenija 2 hi mfassla biex tiżviluppa l-edukazzjoni, it-taħriġ, u s-setturi taż-żgħażagħ permezz ta' ħames attivitajiet prinċipali:

  1. Sħubijiet strateġiċi biex jappoġġjaw kemm l-innovazzjoni fis-settur kif ukoll inizjattivi konġunti li jippromwovu l-kooperazzjoni, it-tagħlim mill-pari, u l-iskambju tal-esperjenza.
  2. Alleanzi tal-Għarfien sabiex titrawwem l-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja u permezz tagħha flimkien man-negozji, u lil hinn, li jikkontribwixxu għal approċċi ġodda għat-tagħlim mill-għalliema u tal-istudenti, għall-intraprenditorija fl-edukazzjoni, u għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa.
  3. Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali sabiex jittrattaw il-lakuna tal-ħiliet u jiżguraw allinjament aħjar tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Jeżistu opportunitajiet biex jiġu mmodernizzati l-ETV, jiġu skambjati l-għarfien u l-aħjar prattiki, jitħeġġeġ ix-xogħol f'pajjiżi barranin, u jiżdied ir-rikonoxximent tal-kwalifiki.
  4. Proġetti ta' bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja biex jappoġġjaw il-modernizzazzjoni, l-aċċessibilità, u l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fil-Pajjiżi Sħab.
  5. Proġetti ta' bini tal-kapaċità fil-qasam tal-żgħażagħ biex jappoġġjaw kemm l-iżvilupp tax-xogħol għaż-żgħażagħ, it-tagħlim mhux formali, u x-xogħol volontarju, kif ukoll biex jippromwovu opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali mal-Pajjiżi Sħab.

Skopri aktar

/programmes/erasmus-plus/file/organisations-policysvg_mtorganisations-policy.svg

Key Action 3: Support for policy reform

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għal riforma politika

L-Azzjoni ewlenija 3 timmira biex iżżid kemm il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika, speċjalment b'diskussjonijiet ma’ dawk li jfasslu l-politika, kif ukoll l-iżvilupp tal-għarfien fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

Skopri aktar

/programmes/erasmus-plus/file/organisations-monnetsvg_mtorganisations-monnet.svg

Jean Monnet

Jean Monnet

L-opportunitajiet għat-tagħlim, ir-riċerka, u d-dibattitu ta' politiki dwar l-UE u l-politiki tagħha.

Skopri aktar

/programmes/erasmus-plus/file/organisations-sportsvg_mtorganisations-sport.svg

Sport

Sport

Opportunitajiet maħsubin biex jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika, jidentifikaw u jimplimentaw attivitajiet innovattivi fil-qasam tal-isport, u biex jimmaniġġjaw avvenimenti mingħajr profitt sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport.

Skopri aktar

Azzjoni Ewlenija 1: Mobilità tat-Tagħlim tal-Individwi

L-opportunitajiet tal-mobilità tat-tagħlim għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-mobilità ta' studenti, persunal, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet f'dan il-proċess hu li jorganizzaw dawn l-opportunitajiet għall-individwi. Il-benefiċċji għall-organizzazzjonijiet parteċipanti jinkludu b'mod ugwali żieda fil-kapaċità li joperaw fuq livell internazzjonali, titjib tal-ħiliet maniġerjali, aċċess għal aktar opportunitajiet ta' finanzjament u proġetti, żieda fl-abilità ta' preparazzjoni, immaniġġjar u segwitu ta' proġetti, portafoll aktar attraenti ta' opportunitajiet għall-istudenti u l-persunal tal-organizzazzjonijiet parteċipanti, l-opportunità ta' żvilupp ta' proġetti innovattivi ma' sħab mid-dinja kollha.

 

Opportunitajiet KA1

Studenti u persunal tal-edukazzjoni għolja

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu studenti, u persunal lejn u mingħand pajjiżi parteċipanti. Il-persunal jista' jgħallem jew jitħarreġ barra l-pajjiż, filwaqt li l-istudenti u l-kandidati tad-dottorat jistgħu jagħmlu traineeship jew parti mill-istudji tagħhom barra l-pajjiż.

Sir af iktar

Studenti u persunal tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

L-organizzazzjonijiet jistgħu jibagħtu jew jirċievu apprendisti u studenti għal traineeships vokazzjonali barra l-pajjiż, kif ukoll jibagħtu l-persunal tagħhom għat-tagħlim jew għat-taħriġ.

Sir af iktar

Persunal tal-edukazzjoni skolastika

Dawn l-opportunitajiet jippermettu l-organizzazzjonijiet jibagħtu u jirċievu persunal għat-tagħlim u għall-iżvilupp personali.

Sir af iktar

Persunal tal-edukazzjoni tal-adulti

Huma disponibbli opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-adulti biex jibagħtu jew jirċievu persunal għat-tagħlim u t-taħriġ, kif ukoll biex jagħtu korsijiet.

Sir af iktar

Żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

L-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw biex imexxu proġetti. Għaż-żgħażagħ, dawn jinkludu skambji taż-żgħażagħ li jippermettu lil gruppi ta' żgħażagħ jgħixu u jaħdmu flimkien għal perjodu sa tliet ġimgħat, u proġetti tas-Servizz Volontarju Ewropew għal perjodu sa 12-il xahar. Għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-proġetti jiffukaw fuq it-taħriġ u n-netwerking.

Sir af iktar

Avvenimenti tas-Servizz Volontarju Ewropew fuq skala kbira

L-opportunitajiet jappoġġjaw proġetti ta' volontarjat ta' tal-inqas 30 voluntier tas-SVE għal xogħol full-time, bla ħlas barra l-pajjiż għal perjodu sa xahrejn. L-organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-ippjanar u l-immaniġġjar tal-attivitajiet, l-akkomodazzoni, is-sussistenza, u t-trasport għall-parteċipanti, kif ukoll għall-appoġġ tagħhom matul l-attività.

Sir af iktar

Lawrji tal-Masters Konġunti Erasmus Mundus

Opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet biex jorganizzaw programmi ta' lawrja tal-Masters. L-UE tipprovdi l-finanzjament għal dawn il-programmi biex iwettqu selezzjoni ta’ studenti darba fis-sena għal tliet snin.

Sir af iktar

Self għal Masters ta’ Erasmus+

Jeżistu opportunitajiet għall-intermedjarji finanzjarji eleġibbli biex jipprovdu self, taħt kundizzjonijiet speċjali, lil studenti tal-Masters li jistudjaw barra l-pajjiż.

Sir af iktar

Azzjoni Ewlenija 2: L-Innovazzjoni u l-Prattiki t-Tajbin

L-opportunitajiet għall-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta' prattiki tajbin huma maħsuba biex jimmodernizzaw u jsaħħu s-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f'dawn l-opportunitajiet għandhom jibbenefikaw minn approċċi ġodda għall-edukazzjoni u t-taħriġ, ambjent professjonali b’livell ogħla ta’ professjonalità u aktar kapaċi fl-organizzazzjoni tagħhom, u żieda fil-kapaċità li jaħdmu fuq livell tal-UE jew internazzjonali.

 

Opportunitajiet KA2

Sħubijiet Strateġiċi

Dawn għandhom l-għan li jappoġġjaw prattiki innovattivi u inizjattivi konġunti għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni, tat-tagħlim bejn il-pari u tal-iskambji tal-esperjenzi.

Sir af iktar

Alleanzi tal-Għarfien

Maħsuba biex jappoġġjaw l-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja u n-negozji, jiżviluppaw approċċi ġodda għal kif wieħed jgħallem u jitgħallem, jippromwovu l-intraprenditorija, u jippromwovu l-iskambju tal-għarfien.

Sir af iktar

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

Jindirizzaw id-diskrepanza fil-ħiliet u jtejbu l-adattabilità tas-sistemi tal-ETV għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol skont is-settur u d-domanda għal ħiliet ġodda.

Sir af iktar

Bini tal-Kapaċità (l-edukazzjoni għolja)

Jappoġġja l-modernizzazzjoni, l-aċċessibilità, u l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fil-Pajjiżi Sħab.

Sir af iktar

Bini tal-kapaċità (żgħażagħ)

Jikkonsisti f'inizjattivi maħsuba biex irawmu l-kooperazzjoni u l-iskambji, itejbu l-kwalità u r-rikonoxximent tax-xogħol maż-żgħażagħ u jappoġġjaw skemi ta' mobilità tat-tagħlim mhux formali f'Pajjiżi Sħab.

Sir af iktar

Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-Riforma Politika

L-opportunitajiet taħt din l-Azzjoni Ewlenija jikkontribwixxu għall-appoġġ tal-aġenda ta' politika ġenerali tal-UE, il-qafas ta' kooperazzjoni 2020 tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, u l-Istrateġija taż-Żgħażagħ.

L-organizzazzjonijiet se jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ fl-Ewropa, kif ukoll għall-promozzjoni tat-tagħlim transnazzjonali u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet. Se jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tal-bażi tat-tfassil ta' politika fuq il-bażi tal-evidenza kif ukoll jappoġġjaw in-netwerks u l-għodda għall-implimentazzjoni ta' politika.

L-organizzazzjonijiet se jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-involviment taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u l-impenn tagħhom mal-politikanti.

 

Opportunitajiet KA3

Djalogu Strutturat

Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ, maħsuba biex jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika.

Sir af iktar

Kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili: iż-żgħażagħ

L-opportunitajiet għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ strutturali lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej u lil netwerks attivi mal-UE kollha fil-qasam taż-żgħażagħ. L-organizzazzjonijiet parteċipanti huma mistennija jippromwovu l-impjegabilità taż-żgħażagħ, jagħtuhom is-setgħa, jappoġġjaw l-inklużjoni tagħhom u jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali, professjonali u edukattiv tagħhom, fost oħrajn.

Sir af iktar

Kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili: l-edukazzjoni u t-taħriġ

L-opportunitajiet għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ strutturali lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi Ewropej u lil netwerks attivi mal-UE kollha fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dawn l-organizzazzjonijiet huma mistennija jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji innovattivi, immirati u kreattivi u attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi u azzjonijiet fl-oqsma rispettivi tagħhom ta' attività, skont l-aġendi ta' politika Ewropej fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Sir af iktar

Inizjattivi għall-politiki dwar l-innovazzjoni

Dawn l-inizjattivi huma maħsuba biex jiżviluppaw politiki ġodda jew jippreparaw l-implimentazzjoni tagħhom. Hemm żewġ tipi ta' azzjonijiet: proġetti ta' kooperazzjoni li jħarsu 'l quddiem, li għandhom l-għan li jistimulaw żvilupp ta' politika dwar l-innovazzjoni; u esperimentazzjonijiet ta' politiki Ewropej, immexxija minn awtoritajiet pubbliċi ta' livell għoli biex jippruvaw u jevalwaw l-implimentazzjoni ta' politiki speċifiċi.

Sir af iktar

Oqsfa ta' politika komprensivi għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali kontinwi

L-għan ta' din is-sejħa, li għalqet fl-2015, kien li tappoġġja l-iżvilupp ta' politiki pubbliċi li fittxew li jikkoordinaw l-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kontinwi ta' kwalità għolja, rilevanti u aċċessibbli, kif ukoll li jiżguraw żieda sinifikanti fit-teħid ta' opportunitajiet għal aktar taħriġ.

Sir af iktar

Appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li huma impenjati fl-apprendistati

L-għan ta' din is-sejħa, li għalqet f'Jannar 2016, kien li jingħata appoġġ lil proġetti li jassistu lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li huma impenjati fl-apprendistati. Il-proġetti setgħu jinkludu attivitajiet bħall-bini tal-kapaċità ta' korpi intermedji, l-użu tal-katina ta’ provvista ta' kumpaniji akbar biex jiġu żviluppati u mwaqqfa strutturi ta' appoġġ għall-SMEs, jew il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjoni ġenerali ta' netwerks eżistenti Ewropej.

Sir af iktar

Attivitajiet Jean Monnet

L-Attivitajiet Jean Monnet jikkonsistu f'sitt Azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka fl-istudji tal-UE fid-dinja kollha.

L-Azzjonijiet huma maħsuba wkoll biex irawmu d-djalogu bejn l-akkademiċi u dawk li jfasslu l-politika dwar il-politiki tal-UE.

Hemm ukoll enfasi speċjali fuq l-integrazzjoni tal-EU u r-rwol tal-UE f'dinja globalizzata, kif ukoll il-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva u djalogu bejn il-popli u l-kulturi.

 

L-Azzjonijiet

Moduli

Programmi qosra ta' tagħlim ta' tal-inqas 40 siegħa kull sena akkademika, dwar dixxiplini ġenerali, speċifiċi, jew multipli fil-qasam tal-istudji tal-UE.

Sir af iktar

Katedri

Postijiet ta' tagħlim bi speċjalizzazzjoni fl-istudji tal-UE ta' tal-inqas 90 siegħa kull sena akkademika għall-professuri universitarji.

Sir af iktar

Ċentri ta’ Eċċellenza

Dawn iċ-ċentri huma punti fokali ta' għarfien espert u tagħrif dwar suġġetti tal-UE.

Sir af iktar

Appoġġ lill-Assoċjazzjonijiet

Maħsub biex jikkontribwixxi għall-istudju tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea, u jiġbor flimkien lill-professuri, lill-għalliema u lir-riċerkaturi li jispeċjalizzaw fl-istudji tal-UE.

Sir af iktar

Netwerks

Maħsuba biex joħolqu u jiżviluppaw konsorzji dwar l-istudji tal-UE. L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-ġbir tal-informazzjoni, il-prattiki ta' skambju, il-bini tal-għarfien u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-UE.

Sir af iktar

Proġetti

Għandhom l-għan li jappoġġjaw l-innovazzjoni, il-qsim tal-għarfien, u l-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet Ewropej.

Sir af iktar

Azzjonijiet tal-Isport

L-azzjonijiet fil-qasam tal-isport huma maħsuba biex jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-isport, l-attività fiżika u l-attivitajiet volontarji.

Huma maħsuba wkoll biex jindirizzaw theddid għall-integrità tal-isport, jippromwovu karrieri doppji għall-atleti, itejbu l-governanza tajba, u jrawmu t-tolleranza u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

 

L-azzjonijiet

Sħubijiet Kollaborattivi

Maħsuba biex jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika, kif ukoll jindirizzaw theddid għall-integrità tal-isport (bħad-doping u l-logħob mixtri), jippromwovu karrieri doppji għall-atleti, itejbu l-governanza tajba, u jrawmu t-tolleranza u l-inklużjoni soċjali.

Sir af iktar

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta' qligħ

Maħsuba biex jinkoraġġixxu l-attività sportiva, jimplimentaw l-istrateġiji tal-UE għall-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs, u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Sir af iktar

Sħubijiet Kollaborattivi Żgħar

Maħsuba biex jippromwovu l-isport u l-attività fiżika permezz ta' prattiki innovattivi, kif ukoll il-ħolqien u l-iżvilupp ta' netwerks transnazzjonali fil-qasam tal-isport.

Sir af iktar

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.