Żgħażagħ

Erasmus+ hu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha, mhux biss għal dawk involuti fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ. B'Erasmus+ tista' tkun voluntier fl-Ewropa u barra l-Ewropa jew tipparteċipa fi skambju ta' żgħażagħ barra l-pajjiż.

Opportunitajiet

Is-Servizz Volontarju Ewropew

Is-Servizz Volontarju Ewropew hu miftuħ għaż-żgħażagħ bejn is-17 u t-30 sena u jippermettilek tivvjaġġa barra l-pajjiż għal perjodu ta' bejn ġimagħtejn u 12-il xahar biex tipparteċipa fi proġett fuq bażi volontarja. Hemm varjetà kbira ta' proġetti disponibbli f'ħafna oqsma bħall-kura soċjali, l-ambjent u l-kultura.

Sir af iktar

Skambji taż-żgħażagħ

L-iskambji taż-żgħażagħ jippermettu li gruppi ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti jiltaqgħu u jgħixu flimkien għal perjodu li jista’ jasal sa 21 jum. Waqt skambju taż-żgħażagħ, int tista' tistenna li tipparteċipa f'attivitajiet bħal sessjonijiet ta' ħidma, eżerċizzji, dibattiti, role-plays, attivitajiet ta' barra, eċċ.

Sir af iktar