Żgħażagħ u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Kif tapplika

Jekk għandek kont tal-EU Login, uża l-buttuna tal-Formoli elettroniċi biex taċċessa l-Applikazzjonijiet tal-Erasmus+.

Jekk ma għandekx l-EU Login uża l-buttuna Oħloq kont tal-EU Login hawn taħt.

Jekk jogħġbok innota li l-applikazzjonijiet kompluti għandhom ikunu sottomessi lill-Aġenziji Nazzjonali fil-Pajjiż tal-Programm fejn hi stabbilita l-organizzazzjoni tal-applikant.

 

X'inhuma l-opportunitajiet?

Erasmus+ joffri opportunitajiet biex jiġu organizzati proġetti għall-mobilità taż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ.

L-Iskambji taż-Żgħażagħ jippermettu gruppi ta' żgħażagħ minn pajjiżi differenti li jiltaqgħu u jgħixu flimkien għal massimu ta' 21 ġurnata biex iwettqu serje ta' attivitajiet li jiffukaw fuq tema li hi rilevanti għalihom. Dawn l-attivitajiet huma ppjanati u mħejjija mill-parteċipanti involuti fil-proġett. Informazzjoni dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jieħdu sehem hi disponibbli fil-paġna Skambji taż-Żgħażagħ.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jippreparaw ukoll proġetti taħt is-Servizz Volontarju Ewropew, li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jikkontribwixxu b'xogħol bla ħlas u full-time f'pajjiż barrani.

Għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'opportunitajiet biex jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali u n-netwerk tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, inklużi attivitajiet bħal:

  • seminars,
  • korsijiet ta’ taħriġ,
  • avvenimenti ta' netwerking,
  • żjarat ta' studju, u
  • perjodi ta' insegwiment/osservazzjoni ta' impjiegi f'pajjiż barrani.

Kif jaħdmu?

L-organizzazzjonijiet u l-gruppi ta' żgħażagħ interessati li jieħdu sehem jistgħu japplikaw għal opportunitajiet f'wieħed mir-rwoli li ġejjin:

  • Koordinatur ta' proġett ta' mobilità taż-żgħażagħ - responsabbli għall-applikazzjoni f'isem il-parteċipanti kollha,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jibagħtu - organizzazzjoni responsabbli biex jibagħtu liż-żgħażagħ u/jew lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ barra l-pajjiż,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jirċievu - responsabbli biex jospitaw, jiżviluppaw programm ta' attivitajiet għal parteċipanti u jipprovdi appoġġ.

Kwalunkwe organizzazzjoni jew grupp stabbilit f'Pajjiż tal-Programm jista' jkun l-applikant, u għandu japplika f'isem l-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha involuti fi proġett.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Skambji taż-Żgħażagħ

L-iskambji huma miftuħin għal żgħażagħ bl-età bejn it-13-30 sena u jdumu minn 5 sa 21 ġurnata. Jistgħu jseħħu fi Stat Membru jew barra l-UE. L-iskambji għandhom jinvolvu organizzazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar.

Servizz Volontarju Ewropew (SVE)

L-opportunitajiet tas-SVE jirrikjedu lill-organizzazzjonijiet parteċipanti li jkunu akkreditati skont il-linji gwida, u li jżommu l-valuri tal-Karta tas-SVE. L-organizzazzjonijiet b'akkreditazzjoni huma elenkati fil-bażi tad-dejta tas-SVE.

Organizzazzjonijiet akkreditati jistgħu jippubblikaw opportunitajiet disponibbli ta' volontarjat fil-bażi tad-dejta tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

Jekk l-applikazzjoni tagħhom tirnexxi, l-organizzazzjonijiet se jkunu kemm responsabbli għall-identifikazzjoni, l-iżvilupp, u l-immaniġġjar ta' opportunitajiet ta' volontarjat, kif ukoll għal diversi aspetti loġistiċi, bħalma huma s-sussistenza, l-akkomodazzjoni, u t-trasport. Għandhom ukoll jipprovdu lill-voluntieri bl-Info Kit tas-SVE, u għandhom jirrikonoxxu l-esperjenza ta' tagħlim tal-voluntieri permezz tal-Youthpass.

L-info kit jinkludi:

Persuni li jaħdmu maż-Żgħażagħ

L-opportunitajiet għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jdumu minn jumejn sa xahrejn, u jeħtiġilhom iseħħu fil-pajjiż ta' waħda mill-organizzazzjonijiet parteċipanti. Il-proġetti jistgħu jinkludu sa 50 persuna.

Kif tista’ tapplika?

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Nazzjonali fil-Pajjiż tal-programm fejn hi stabbilita l-organizzazzjoni li qed tapplika.

Aktar informazzjoni

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ fiha aktar informazzjoni dwar l-opportunitajiet disponibbli, kif ukoll dwar kif tapplika.

L-Aġenziji Nazzjonali jew, għall-Imsieħba tal-Viċinat, iċ-Ċentri ta' Riżorsi SALTO YOUTH (fejn disponibbli) jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni, jew tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea.

Aqsam din il-paġna