Studenti u persunal tal-ETV

Kif tapplika

Il-proċess ta' applikazzjoni hu mmaniġġjat mill-Aġenzija Nazzjonali fejn hi bbażata l-organizzazzjoni jew il-konsorzju applikanti.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ joffri l-opportunità lill-organizzazzjonijiet biex jibagħtu studenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) biex jibbenefikaw mit-taħriġ, u għal persunal biex jagħti jew jirċievi t-taħriġ.

Kif taħdem?

L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw f'dawn l-opportunitajiet jistgħu jew japplikaw bħala organizzazzjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali individwali jew bħala parti minn "konsorzju ta' mobilità nazzjonali” - grupp ta' organizzazzjonijiet immaniġġjati minn organizzazzjoni koordinatriċi waħda.

Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jagħmlu parti minn waħda minn erba' kategoriji prinċipali:

  • Organizzazzjonijiet Applikanti - responsabbli mill-applikazzjoni u l-immaniġġjar tal-proġett u jistgħu jaġixxu wkoll bħala organizzazzjoni li qed tibgħat,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jibagħtu - responsabbli għas-selezzjoni ta' studenti/persunal tal-ETV biex jintbagħtu barra l-pajjiż u li jimmaniġġjaw il-pagamenti tal-għotja,
  • Organizzazzjonijiet li qed Jirċievu - responsabbli biex jirċievu studenti/persunal tal-ETV minn barra l-pajjiż u li joffru programm ta' studju/traineeship,
  • Organizzazzjonijiet Intermedjarji - bħala sħab f'konsorzju ta' mobilità, l-intermedjarji jistgħu jiġu involuti fl-appoġġ u l-iffaċilitar tax-xogħol ta' konsorzju.

L-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jkunu organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati f'Pajjiż tal-Programm, u jistgħu japplikaw jew individwalment jew bħala parti minn konsorzju ta' mobilità nazzjonali.

L-organizzazzjonijiet li japplikaw bħala konsorzju jridu jkunu kollha bbażati fl-istess Pajjiż tal-Programm, u jridu jiġu identifikati kollha fl-applikazzjoni. Il-konsorzji jridu jikkonsistu minn tal-inqas tliet organizzazzjonijiet.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

L-organizzazzjonijiet jistgħu jipprovdu opportunitajiet kemm għall-apprendisti kif ukoll għall-istudenti biex jitgħallmu barra l-pajjiż, jew fuq post tax-xogħol jew fi skola tal-ETV.

Bl-istess mod, il-persunal jista' jintbagħat f'intrapriża jew organizzazzjoni biex jgħallem, iħarreġ jew jitħarreġ.

L-organizzazzjonijiet bil-ħsieb li jibagħtu jew jirċievu studenti jew persunal iridu jaqblu fuq l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn qabel u jiddefinixxu:

Dan isir permezz tal-Ftehim dwar it-Tagħlim, għall-istudenti u l-Ftehim dwar il-Mobilità għall-persunal.

Studenti jew persunal li jdum aktar minn xahar barra l-pajjiż taħt Erasmus+ huma eleġibbli li jirċievu appoġġ lingwistiku.

Kif tapplika?

Il-proċess ta' applikazzjoni hu mmaniġġjat mill-Aġenzija Nazzjonali fejn hi bbażata l-organizzazzjoni jew il-konsorzju applikanti.

Organizzazzjoni jew konsorzju jista' japplika biss darba kull sessjoni ta' selezzjoni, iżda l-organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem f'diversi konsorzji li jkunu qed japplikaw kollha fl-istess żmien.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni għal dawn l-opportunitajiet; fil-Parti B hemm informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji tal-għoti, il-kriterji ta' eliġibbiltà u r-regoli ta' finanzjament.

L-Aġenziji Nazzjonali jew, għal Pajjiżi sħab, l-Uffiċċji Nazzjonali (fejn disponibbli) jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni.

Aqsam din il-paġna

Aħbarijiet u Avvenimenti Relatati