Studenti

Opportunitajiet għall-istudenti

L-istudju barra l-pajjiż hu parti ċentrali minn Erasmus+ u rriżulta li għandu effett pożittiv fuq prospettivi ta' impjieg aktar tard. Hu wkoll opportunità biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi, tikseb kunfidenza fik innifsek u indipendenza filwaqt li tidħol b'ruħek u b'ġismek f'kultura ġdida.

Erasmus+ joffrilek ukoll iċ-ċans li tikkombina l-istudju barra l-pajjiż bi traineeship.

L-opportunitajiet huma disponibbli għal studenti fil-livelli ta' Baċellerat, Masters jew Dottorat.

Opportunitajiet

L-istudju barra l-pajjiż

Erasmus+ jista' joffrilek appoġġ matul il-perjodu ta' studju barra l-pajjiż: kemm jekk dan qed isir f'Pajjiż tal-programm Erasmus+ kif ukoll jekk qed isir f'Pajjiż sieħeb.

Sir af iktar

Traineeships barra l-pajjiż

Erasmus+ jappoġġja t-traineeships (kollokamenti f'impjieg, internships, eċċ.) barra l-pajjiż għal studenti rreġistrati fl-edukazzjoni għolja f'Pajjiż tal-Programm. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħin ukoll għall-gradwati reċenti.

Sir af iktar

Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus

Bil-Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus, tista' tirċievi borża ta' studju sħiħa għal lawrja għal programm ta' studju internazzjonali fil-livell ta' Masters. Il-Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus huma distinti minn oħrajn għal-livell ta' eċċellenza akkademika u l-livell għoli ta' integrazzjoni tal-korsijiet bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja multipli fil-pajjiżi kollha.

Sir af iktar

Self għal Lawrja tal-Masters ta’ Erasmus+

Is-self għal Lawrja tal-Masters ta' Erasmus+ huwa self garantit mill-UE b'termini ta' pagamenti lura favorevoli li jistgħu jgħinuk tiffinanzja kors tal-Masters (sena jew sentejn) f'Pajjiż tal-programm Erasmus+.

Sir af iktar

Studenti b’diżabbiltajiet fiżiċi, mentali jew kundizzjonijiet relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-istudenti għandhom dritt għall-istess servizzi ta' appoġġ mogħtija lill-istudenti lokali mill-istituzzjonijiet li qed jirċievu.

Sir af iktar

Aqsam din il-paġna