Persunal (taħriġ)

B'Erasmus+, huma disponibbli opportunitajiet ta' taħriġ għal persunal li jaħdem fl-edukazzjoni, kemm bħala għalliem kif ukoll f'kapaċitajiet oħra.

Il-perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'monitoraġġ tal-impjieg, perjodi ta' osservazzjoni, korsijiet ta' żvilupp personali jew avvenimenti speċifiċi għall-bini tal-kompetenza.

Erasmus+ jappoġġja t-taħriġ kemm fl-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll f'organizzazzjonijiet rilevanti li joperaw barra s-settur.

L-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' żvilupp personali huma disponibbli għal persunal li jaħdem fil-livelli kollha ta' edukazzjoni.

Opportunitajiet

Edukazzjoni għolja

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' taħriġ għal persunal li jaħdem f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. B'Erasmus+, int tista' titħarreġ f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'Pajjiż tal-Programm Erasmus+ jew f'Pajjiż sieħeb. Jekk qed taħdem f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'Pajjiż tal-programm, tista' wkoll titħarreġ f'organizzazzjoni barra s-settur f'Pajjiż tal-programm.

Sir af iktar

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Erasmus+ jappoġġja l-iżvilupp professjonali ta' nies li jaħdmu fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) permezz ta' perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż. Il-perjodi ta' taħriġ jistgħu jkunu kollokamenti f'impjieg f'istituzzjoni VET jew f'organizzazzjoni oħra rilevanti bbażata f'Pajjiż tal-programm Erasmus+.

Sir af iktar

Edukazzjoni skolastika

Erasmus+ jappoġġja attivitajiet ta' tagħlim barra l-pajjiż għal professjonisti involuti fl-edukazzjoni skolastika preprimarja, primarja u sekondarja. Dawn l-opportunitajiet jistgħu jikkonsistu f'korsijiet strutturati jew avventimenti oħra, jew monitoraġġ tal-impjieg fl-iskejjel u organizzazzjonijiet oħra rilevanti involuti fl-edukazzjoni skolastika.

Sir af iktar

Edukazzjoni għall-adulti

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' taħriġ f'organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż. Dawn l-opportunitajiet jikkonsistu f'korsijiet strutturati, perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż, monitoraġġ tal-impjieg jew perjodi ta' osservazzjoni fl-iskejjel jew f'organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Sir af iktar

Persunal b'kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-persunal għandu dritt għall-istess servizzi ta' appoġġ mgħoti lill-persunal lokali mill-istituzzjonijiet li qed jirċievu.

Sir af iktar

Aqsam din il-paġna