L-edukazzjoni skolastika

Ħarsa ġenerali

Erasmus+ jappoġġja sessjonijiet ta' tagħlim fi skejjel barra l-pajjiż għal professjonisti involuti fl-edukazzjoni skolastika preprimarja, primarja u sekondarja.

Permezz tat-tagħlim barra l-pajjiż, tista' tiggwadanja perspettiva aktar miftuħa tal-edukazzjoni, tiskambja għarfien mal-kollegi tiegħek f'pajjiż ieħor u titgħallem prattiki tajbin fl-edukazzjoni.

Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli bejn l-iskejjel ibbażati fil-Pajjiżi tal-programm Erasmus+.

Tul ta' żmien

Inkarigu ta' tagħlim irid idum minimu ta' jumejn u ma jistax idum iktar minn xahrejn. Dan jeskludi ż-żmien tal-ivvjaġġar.

Kundizzjonijiet

Biex inti tgħallem barra l-pajjiż ma' Erasmus+, l-iskola tiegħek trid tapplika biex tipparteċipa fi proġett ta' mobilità tal-edukazzjoni skolastika. Il-proġett ta' mobilità jrid ikun fi ħdan Pjan tal-Iżvilupp Ewropew għall-iskola, u jrid jirreaġixxi għal ħtiġijiet ta' żvilupp identifikati b'mod ċar. Irid jiżgura li l-esperjenza tiegħek barra l-pajjiż hi rrikonoxxuta kif xieraq u maqsuma fi ħdan l-istituzzjoni tiegħek.

Appoġġ finanzjarju

L-għotjiet tal-UE jitħallsu lill-organizzazzjoni li qed tikkoordina (l-iskola tiegħek jew il-koordinatur tal-konsorzju) u huma mfassla biex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u sussistenza tiegħek matul iż-żmien li tqatta' barra l-pajjiż, kif ukoll joffru appoġġ organizattiv lill-istituzzjonijiet parteċipanti.

Kif tapplika

Ma tistax tapplika għal għotja bħala individwu. L-applikazzjonijiet iridu jsiru mill-iskejjel (jew mill-koordinaturi tal-konsorzju f'isem l-iskejjel) li min-naħa tagħhom jagħżlu l-kandidati għall-inkarigi ta' tagħlim barra l-pajjiż mill-persunal tagħhom.

L-għażla tal-persunal biex jgħallem barra l-pajjiż għandha tkun ġusta, trasparenti u ddokumentata kif xieraq.

Kun af aktar

Staqsi lill-iskola tiegħek biex issir taf jekk dawn l-opportunitajiet humiex disponibbli għalik.

Erasmus+Programme guide as Link"/> joffri wkoll informazzjoni dettaljata dwar dawn l-opportunitajiet:

  • Ikkonsulta l-Parti B għall-kriterji tal-għoti, il-kriterji ta' eliġibbiltà, u r-regoli ta' finanzjament.

L-Aġenziji Nazzjonali jistgħu jgħinuk bil-mistoqsijiet u l-applikazzjonijiet.

eTwinning hu komunità għall-iskejjel, fejn individwi li jaħdmu fi skola fl-Ewropa jistgħu jikkomunikaw, jikkollaboraw, jiżviluppaw proġetti, jaqsmu l-esperjenza, u jkunu parti mill-akbar komunità ta' tagħlim fl-Ewropa.

Il-pjattaforma School Education Gateway hi pjattaforma għall-għalliema, l-iskejjel, l-esperti u oħrajn biex isibu informazzjoni dwar aħbarijiet, xejriet, politiki, inizjattivi, u attivitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika, kif ukoll biex jikkontribwixxu billi jiddiskutu u jimpenjaw ruħhom fi kwistjonijiet importanti ma' pari.

Aqsam din il-paġna