Sħubijiet Kollaborattivi

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.
 

X'inhu l-għan?

Is-Sħubijiet Kollaborattivi għandhom l-għan li:

F'sens usa', is-Sħubijiet Kollaborattivi huma mfassla biex jikkontribwixxu għall-istrateġiji tal-UE fil-qasam tal-isport.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ jipprovdi l-opportunità lill-organizzazzjonijiet biex jiżviluppaw, jittrasferixxu u jimplimentaw prattiki innovattivi fil-qasam tal-isport bejn l-organizzazzjonijiet, l-awtoritajiet u oħrajn.

Is-Sħubijiet Kollaborattivi huma mfassla biex jippromwovu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' netwerks Ewropej fil-qasam tal-isport, u jistgħu jinkludu varjetà ta' attivitajiet, bħal:

  • in-netwerking fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin
  • l-iżvilupp, l-identifikazzjoni, il-promozzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki
  • it-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ moduli u għodod edukattivi u ta’ taħriġ
  • iż-żieda tal-ħiliet tal-elementi multiplikaturi fil-qasam tal-isport
  • l-iżvilupp tal-monitoraġġ u tal-benchmarking tal-indikaturi fil-qasam tal-isport
  • iż-żieda fl-għarfien mill-pubbliku tal-valur miżjud tal-isport u tal-attività fiżika
  • il-promozzjoni ta' sinerġiji bejn l-isport, is-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ
  • it-titjib tal-bażi ta' evidenza għall-isport
  • l-organizzazzjoni ta' konferenzi, seminars, avvenimenti u laqgħat.

Kif taħdem?

L-organizzazzjonijiet bil-ħsieb li japplikaw iridu jagħmlu dan bħala parti minn konsorzju, li jkun immexxi minn organizzazzjoni minn Pajjiż tal-Programm. L-organizzazzjonijiet eleġibbli biex jieħdu sehem jinkludu organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u korpi pubbliċi attivi fil-qasam tal-isport.

Hemm żewġ fażijiet ta' selezzjoni għas-Sħubijiet Kollaborattivi kull sena:

  1. attivitajiet jew inizjattivi li jseħħu waqt il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport jew li għandhom rabta tematika magħha
  2. attivitajiet li m'għandhomx rabta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Sħubija Kollaborattiva għandha tinkludi tal-inqas ħames organizzazzjonijiet differenti minn ħames pajjiżi tal-programm differenti, għalkemm jistgħu jipparteċipaw ukoll Pajjiżi Sħab bħala sħab.

L-attivitajiet iridu jsir fil-Pajjiżi tal-Programm tal-organizzazzjonijiet involuti.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Is-Sħubijiet Kollaborattivi għall-ewwel sessjoni ta' selezzjoni jistgħu jdumu sa mhux aktar minn 18-il xahar, filwaqt li l-applikazzjonijiet għat-tieni sessjoni jistgħu jdumu minn 12 għal 36 xahar.

Il-proġetti jridu jkunu ta' tul ta' 12, 18, 24, 30 jew 36 xahar; it-tul irid ikun speċifikat fl-istadju tal-applikazzjoni skont l-objettiv tal-proġett u t-tip ta' attivitajiet imbassra.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar is-Sħubijiet Kollaborattivi, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Aqsam din il-paġna