Self għal Lawrja tal-Masters ta’ Erasmus+

Kif tapplika

L-applikazzjonijiet iridu jiġi sottomessi lill-FEI, inklużi d-dokumenti ta' applikazzjoni meħtieġa mogħtija fuq il-paġna tal-Faċilità ta' Garanzija għal Self.

X'inhi l-opportunità?

Skont Erasmus+ intermedjarji finanzjarji eleġibbli (pereżempju banek jew aġenziji li joffru self għall-istudenti) jistgħu jipprovdu self garantit mill-UE għal studenti li jkunu se jagħmlu Masters barra l-pajjiż.

L-opportunità hi mmaniġġjata u implimentata f'isem il-Kummissjoni Ewropea mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) permezz tal-Faċilità ta' Garanzija għal Self għal Masters ta' Erasmus+.

Kif taħdem?

Biex jieħdu sehem, l-intermedjarji finanzjarji eleġibbli jridu japplikaw mal-FEI permezz ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess (miftuħa sa Settembru 2020 jew sakemm jiġu eżawriti l-fondi disponibbli).

L-organizzazzjonijiet eleġibbli huma intermedjarji finanzjarji pubbliċi jew privati awtorizzati biex iwettqu self lil individwi skont il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rilevanti.

Iridu wkoll ikunu bbażati f'wieħed mill-Pajjiżi tal-Programm, inklużi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea kif ukoll:

  • l-Iżlanda,
  • L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja,
  • It-Turkija,
  • Il-Liechtenstein, u
  • In-Norveġja.

Permezz ta’ Erasmus+, il-FEI jipprovdi kopertura ta' garanzija lill-intermedjarji finanzjarji eleġibbli tal-portafolli ta' self għall-istudenti, u jippermettilhom jipprovdu aktar self lil aktar studenti b'riskju mnaqqas, kif ukoll rati ta' interess imnaqqsa għall-istudenti.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Is-Self għal Masters ta' Erasmus+ ma jistax ikun ta' aktar minn €12,000 (jew ekwivalenti fil-munita lokali) għal kors Masters ta' sena, jew €18,000 (jew ekwivalenti) għal kors li jdum aktar minn sena.

Is-self hu maħsub biex jippermetti l-aċċess għall-finanzjament għall-istudenti u, b'hekk, japplikaw ċerti termini u kundizzjonijiet, bħal li ma jkunx hemm bżonn ta' kollateral (peress li l-UE tiggarantixxi kontra n-nuqqas ta’ ħlas tas-self) jew il-possibiltajiet li ddum ma tħallas il-pagamenti sa wara l-perjodu ta' studju (minimu ta' sena, sa sentejn).

L-istudenti aċċettati għal programm sħiħ ta' Masters iridu jistudjaw f'pajjiż li ma jkunx l-istess bħal dak fejn ikunu kisbu l-kwalifika li tkun tathom l-aċċess għall-kors tal-Masters, u li ma jkunx il-pajjiż ta’ residenza tagħhom.

L-istituzzjoni li tospita l-istudent tal-Masters irid ikollha Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja valida.

Kif tapplika?

L-applikazzjonijiet iridu jiġi sottomessi lill-FEI, inklużi d-dokumenti ta' applikazzjoni meħtieġa mogħtija fuq il-paġna tal-Faċilità ta' Garanzija għal Self.

L-applikazzjonijiet biex jingħata s-self iridu jiġu sottomessi qabel it-30/09/2020 lill-FEI.

Kun af aktar

Fuq is-sit web tal-FEI hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar is-self għal-lawrja tal-Masters ta' Erasmus+.

Aqsam din il-paġna