Bini tal-kapaċità (żgħażagħ)

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jikkonsultaw lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

X'inhu l-għan?

Il-proġetti tal-bini tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom l-għan li:

  • irawmu l-kooperazzjoni u l-iskambji bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Sħab
  • itejbu l-kwalità u r-rikonoxximent tax-xogħol taż-żgħażagħ, it-tagħlim mhux formali, u l-volontarjat fil-Pajjiżi Sħab u jsaħħu s-sinerġiji mas-sistemi tal-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol
  • irawmu skemi u programmi ta' mobilità ta' tagħlim mhux formali, u
  • jippromwovu mobilità transnazzjonali ta' tagħlim mhux formali bejn Pajjiżi tal-Programm u Pajjiżi Sħab, b'enfasi fuq dawk l-inqas privileġġati.

Il-proġetti tal-bini tal-kapaċità għandhom jiffukaw fuq attivitajiet li:

  • jippromwovu l-kooperazzjoni strateġika bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-awtoritajiet pubbliċi (fil-Pajjiżi Sħab)
  • jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni, kif ukoll in-negozji u s-suq tax-xogħol
  • jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-awtoritajiet
  • isaħħu l-immaniġġjar, il-governanza, il-kapaċità ta' innovazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
  • ivaraw, jittestjaw, u jimplimentaw prattiki tax-xogħol maż-żgħażagħ, bħall-iżvilupp professjonali u t-tagħlim mhux formali
  • jippromwovu għamliet ġodda ta' taħriġ u approċċi ġodda lejn ix-xogħol maż-żgħażagħ
  • jippromwovu l-kooperazzjoni, in-netwerking, u t-tagħlim bejn il-pari biex jitjieb l-immaniġġjar tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ jipprovdi l-opportunità għall-organizzazzjonijiet biex jimplimentaw proġetti li għandhom l-għan li:

  • jinkoraġġixxu d-djalogu ta' politika, il-kooperazzjoni, in-netwerking, u l-iskambju tal-aqwa prattiki
  • jorganizzaw avvenimenti taż-żgħażagħ fuq skala kbira (sa jumejn)
  • jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni
  • jiżviluppaw għodod ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u midja
  • jiżviluppaw metodi, għodda, materjal, kurrikuli, moduli ta' taħriġ u strumenti ta' dokumentazzjoni għax-xogħol maż-żgħażagħ (bħall-Youthpass)
  • joħolqu għamliet ġodda ta' kif jitwettaq ix-xogħol maż-żgħażagħ u jingħata t-taħriġ u l-appoġġ.

Hemm żewġ tipi prinċipali ta' proġetti għall-Bini tal-Kapaċità:

  • il-Proġetti tal-Bini tal-Kapaċità Standard (Reġjuni 5-13) li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet u jistgħu jinkludu attivitajiet ta' mobilità u
  • proġetti Youth Window tal-Balkani tal-Punent (Reġjun 1), li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet permezz tal-attivitajiet ta' mobilità (potenzjalment ikkumplimentati mill-attivitajiet tal-bini ta' kapaċità)

L-attivitajiet ta' Mobilità li jistgħu jiġu implimentati jinkludu:

Kif taħdem?

L-organizzazzjonijiet bil-ħsieb li japplikaw iridu jagħmlu dan bħala parti minn konsorzju ta' tal-inqas tliet organizzazzjonijiet minn tliet pajjiżi differenti, li minnhom wieħed irid ikun Pajjiż tal-Programm u ieħor Pajjiż Sieħeb eleġibbli.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Il-proġetti għandhom idumu minn 9 xhur sa sentejn. Hemm diversi kriterji addizzjonali ta' eleġibilità. Fil-Gwida tal-Programm hemm aktar informazzjoni dwar dawn il-kriterji.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jikkonsultaw lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet tal-bini tal-kapaċità, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Aqsam din il-paġna