Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta' qligħ

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

X'inhu l-għan?

L-għan tal-avvenimenti Ewropej tal-isport mingħajr skop ta' qligħ hu li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport, l-attività fiżika u l-attivitajiet volontarji.

Dawn l-avvenimenti huma maħsuba wkoll biex il-pubbliku jsir jaf iktar dwar ir-rwol tal-isport fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u s-saħħa.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ jipprovdi opportunitajiet lill-organizzazzjonijiet sabiex iwettqu attivitajiet li:

L-attivitajiet speċifiċi koperti jinkludu:

  • it-tħejjija tal-avveniment
  • l-organizzazzjoni ta' attivitajiet edukattivi fiż-żmien ta' qabel l-avveniment
  • l-organizzazzjoni tal-avveniment
  • l-organizzazzjoni ta' attivitajiet assoċjati ma' avveniment sportiv (bħal konferenza jew seminar)
  • l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' wara l-avveniment li jikkonfermaw l-effett tagħhom fit-tul bħall-evalwazzjonijiet jew l-abbozz ta' pjanijiet ta' sostenibilità
  • attivitajiet ta’ komunikazzjoni relatati mas-suġġett tal-avveniment.

Kif taħdem?

L-applikazzjoni trid tiġi ppreżentata minn organizzazzjoni minn Pajjiż tal-Programm. L-organizzazzjonijiet eleġibbli biex jieħdu sehem jinkludu:

  • korpi pubbliċi responsabbli mill-isport fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali
  • organizzazzjonijiet sportivi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali
  • il-koordinatur ta’ avveniment nazzjonali organizzat fil-qafas ta’ avveniment Ewropej fil-qasam tal-isport.

L-avvenimenti relatati mal-EWoS iridu jiġu organizzati fl-istess ħin tal-inqas fi tliet Pajjiżi tal-Programm, jew iridu jiġu organizzati f'pajjiż wieħed b'parteċipanti minn tliet Pajjiżi tal-Programm differenti.

L-avvenimenti mhux relatati mal-EWoS iridu jew jiġu organizzati f'pajjiż wieħed b'parteċipanti minn 12-il Pajjiż tal-Programm differenti, jew jiġu organizzati fl-istess ħin f'diversi pajjiżi b'parteċipanti minn tal-inqas 12-il Pajjiż tal-Programm differenti.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

Il-proġetti għandhom idumu mhux aktar minn sena, mill-fażi ta' tħejjija sal-fażi ta' segwitu tal-avveniment.

Il-kompetizzjonijiet tal-isport organizzati minn federazzjonijiet tal-isport internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali jew leagues fuq bażi regolari u kompetizzjonijiet professjonali tal-isport mhumiex eleġibbli.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Minn fejn tista' tkun naf aktar?

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar Avvenimenti Sportivi Ewropej Mingħajr Skop ta' Qligħ, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura jew tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea.