Netwerks Jean Monnet

Kif tapplika

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

X'inhu l-għan?

In-Netwerks Jean Monnet għandhom l-għan li jrawmu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' konsorzji li jiġbru l-informazzjoni, jibnu l-għarfien, jiskambjaw l-ideat u jippromwovu l-integrazzjoni Ewropea.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ jipprovdi l-opportunità lill-organizzazzjonijiet eleġibbli biex:

  • jiġbru u jippromwovu l-informazzjoni u r-riżultati ta' metodi ta’ riċerka u ta' tagħlim ta' livell għoli dwar l-istudji tal-UE
  • itejbu l-kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja differenti u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn
  • jiskambjaw it-tagħrif u l-għarfien espert biex b'mod reċiproku jitjiebu l-prattiki tajbin
  • irawmu l-kooperazzjoni u joħolqu pjattaformi għall-iskambju tal-għarfien ma' atturi pubbliċi u l-Kummissjoni Ewropea

Hemm ukoll opportunitajiet għall-appoġġ biex jissaħħu n-netwerks eżistenti li jappoġġjaw attivitajiet speċifiċi, b’mod partikolari t-trawwim tal-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi żgħażagħ f’temi relatati mal-UE.

Kif taħdem?

L-organizzazzjonijiet bil-ħsieb li japplikaw iridu jkunu l-koordinatur ta' netwerk li jikkonsisti minn tal-inqas tliet organizzazzjonijiet minn tliet pajjiżi differenti.

Għalkemm jistgħu jipparteċipaw organizzazzjonijiet ta' kwalunkwe tip attivi fil-qasam tal-integrazzjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja minn Pajjiżi tal-Programm irid ikollhom Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja valida. L-istituzzjonijiet Ewropej magħżula (identifikati fir-Regolament li jistabbilixxi l-programm Erasmus+) li qed jaħdmu fuq għan ta' interess Ewropew mhumiex eleġibbli.

Netwerk hu mistenni li jsir punt ta' referenza għas-suġġett li jkopri, kif ukoll multiplikatur tal-għarfien u jikkontribwixxi għall-ġbir, l-analiżi u t-tqassim tal-informazzjoni.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

In-netwerks huma responsabbli għall-iżvilupp tal-pjan ta' ħidma tagħhom stess, u jekk jiġu magħżula għall-finanzjament, huma mistennija jimplimentaw l-attivitajiet kif deskritti matul il-perjodu kopert mill-għotja.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar in-Netwerks Jean Monnet, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura jew tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea.

Aqsam din il-paġna