Moduli Jean Monnet

Ħarsa ġenerali

Il-Moduli Jean Monnet huma programmi jew korsijiet ta' tagħlim qosra dwar studji tal-UE. Jistgħu jkunu moduli introduttorji dwar l-UE, korsijiet li jikkonċentraw fuq aspett jew dixxiplina speċifika fi ħdan l-istudji tal-UE, jew jistgħu jħaddnu approċċ multidixxiplinari.

Il-koordinaturi tal-Moduli ta’ Jean Monnet huma mħeġġa biex:

  • jippubblikaw artikoli analizzati minn pari matul il-perjodu tal-għotja. L-għotja se tkopri parti mill-pubblikazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, parti mill-ispejjeż għat-traduzzjoni
  • jipparteċipaw f'avvenimenti ta' disseminazzjoni u informazzjoni f'pajjiżhom jew fl-Ewropa kollha
  • jorganizzaw avvenimenti (lekċers, seminars, sessjonijiet ta' ħidma, eċċ.) ma' min ifassal il-politika, is-soċjetà ċivili u l-iskejjel
  • joħolqu netwerk ma' akkademiċi u riċerkaturi oħrajn involuti f'Jean Monnet f'pajjiżhom u fl-Ewropa kollha
  • japplikaw riżorsi edukattivi miftuħa u jippubblikaw is-sommarji, il-kontenut, l-iskeda u r-riżultati mistenna tal-attivitajiet tagħhom

Kundizzjonijiet

Kull modulu jrid idum minimu ta' 40 siegħa kull sena akkademika.

Il-Moduli Jean Monnet iridu jiġu kkoordinati mill-professuri u r-riċerkaturi li jaħdmu f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja.

Bħala appoġġ għal riċerkaturi żgħażagħ li qed jibdew il-karrieri akkademiċi tagħhom, sa 20% tal-baġit se jmur għal moduli kkoordinati minn riċerkaturi li akkwistaw lawrja ta' Dottorat fl-aħħar ħames snin.

Kif tapplika

L-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja tiegħek tista' tapplika biex tikkoordina Modulu Jean Monnet u tirċievi l-appoġġ tal-UE. Dawn il-moduli jistgħu jiġu organizzati mill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja fil-Pajjiżi tal-programm Erasmus+ u Pajjiżi sieħba.

Aqsam din il-paġna