Erasmus+

Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet

X'inhu l-għan?

L-Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet hu maħsub biex iwassal l-istudji tal-integrazzjoni Ewropea lill-pubbliku inġenerali.

L-appoġġ mogħti għandu fil-mira assoċjazzjonijiet interdixxiplinari li jispeċjalizzaw f'affarijiet tal-UE biex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom.

X'inhi l-opportunità?

Erasmus+ jipprovdi l-opportunità għall-assoċjazzjonijiet biex iwettqu medda ta' attivitajiet li jippubbliċizzaw l-informazzjoni dwar l-UE fost pubbliku usa'.

L-appoġġ jista' jintuża wkoll biex jitwettqu l-attivitajiet statutorji tal-assoċjazzjoni inkluż, pereżempju:

  • il-pubblikazzjoni ta' newsletter
  • it-twaqqif ta' sit web apposta
  • l-organizzazzjoni ta' laqgħa tal-bord annwali
  • l-organizzazzjoni ta' avvenimenti promozzjonali speċifiċi
  • L-Assoċjazzjonijiet jistgħu jużaw l-għotja wkoll biex iwettqu riċerka dwar kwistjonijiet Ewropej speċifiċi biex jingħata parir lil min jieħu d-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew u jinxterdu r-riżultati fost l-istituzzjonijiet rilevanti, kif ukoll il-pubbliku.

Kif taħdem?

Organizzazzjoni bil-ħsieb li tapplika trid tkun assoċjazzjoni ta' professuri u riċerkaturi li jispeċjalizzaw fl-istudji tal-UE. L-għan espliċitu tal-assoċjazzjoni għandu jkun li tikkontribwixxi għall-istudju tal-integrazzjoni Ewropea fuq livell nazzjonali jew transnazzjonali.

L-assoċjazzjoni trid tkun reġistrata b'mod uffiċjali u jkollha status legali indipendenti. Tista' tkun stabbilita fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja.

Assoċjazzjoni hi mistennija li ssir multiplikatur tal-għarfien, taqsam l-informazzjoni u tikkomunika dwar is-suġġett magħżul tagħha kif ukoll tiġbor, tanalizza u tagħmel l-informazzjoni dwar is-suġġett tagħha disponibbli.

L-assoċjazzjonijiet għandhom ukoll ikunu lesti li joffru riżorsa edukattiva miftuħa u jinkludu attivitajiet edukattivi miftuħin fil-proġett tagħhom biex ikun massimizzat l-impatt ta' xogħolhom.

X'jeħtieġlek tkun taf aktar?

L-assoċjazzjonijiet huma responsabbli għall-iżvilupp tal-pjan ta' ħidma tagħhom stess, u jekk jiġu magħżula għall-finanzjament, huma mistennija jimplimentaw l-attivitajiet kif deskritti matul il-perjodu kopert mill-għotja.

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet interessati li japplikaw għandhom jagħmlu dan permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar l-Assoċjazzjonijiet Jean Monnet, għalkemm hi disponibbli aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' applikazzjoni mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura jew tista' tikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea.

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.