Erasmus+

Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus

Ħarsa ġenerali

Bil-Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus (EMJMD), tista' tirċievi borża ta' studju sħiħa għal lawrja għal programm ta' studju internazzjonali fil-livell ta' Masters.

L-EMJMDs huma distinti minn oħrajn għal-livell ta' eċċellenza akkademika u l-livell għoli ta' integrazzjoni tal-korsijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja multipli fil-pajjiżi kollha.

L-EMJMDs jitmexxew minn konsorzji internazzjonali magħmula minn tal-inqas tliet istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja minn Pajjiżi tal-programm Erasmus+ differenti. Barra minn hekk, fil-konsorzju jista' jkun hemm ukoll istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja waħda jew aktar minn Pajjiżi sieħba.

Tul ta' żmien

L-EMJMDs idumu bejn 12 u 24 xahar.

Bħala parti minn EMJMD, se tistudja tal-inqas f'żewġ Pajjiżi tal-programm involuti fil-konsorzju internazzjonali.

Jista' jkollok iċ-ċans li tistudja, tirriċerka jew twettaq kollokament f'Pajjiż sieħeb skont kif ikun magħmul il-konsorzju inkwistjoni.

Tista' tistudja, tirriċerka jew twettaq kollokament ta' xogħol f'organizzazzjoni rilevanti li ma tkunx irrappreżentata fil-konsorzju jekk dan isir taħt is-superviżjoni diretta ta' waħda mill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja parteċipanti jew aktar.

Kundizzjonijiet

Jistgħu japplikaw studenti mid-dinja kollha.

Qabel ma tapplika għal EMJMD, kun żgur li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • irid ikollok lawrja tal-ewwel grad ta' edukazzjoni għolja jew turi ekwivalenti rikonoxxut ta' tagħlim skont il-leġiżlazzjoni u l-prattiki fil-pajjiżi li se jagħtu din il-lawrja. Fuq is-sit web ta' kull EMJMD hemm aktar informazzjoni speċifika dwar ir-rekwiżiti tad-dħul.
  • jekk diġà akkwistajt borża ta' studju għal  EMJMD m'intix eleġibbli għal borża ta' studju addizzjonali

Ma tistax tibbenefika minn skema oħra ta' borża ta' studju ffinanzjata mill-UE għall-istess żmien waqt li tkun qed tirċievi appoġġ għall- EMJMD tiegħek.

Kreditu akkademiku

Għal EMJMD, se tirċievi jew lawrja doppja (jew multipla) jew lawrja konġunta li tingħata mill-konsorzju tal-edukazzjoni għolja tiegħek, li hu uffiċjalment rikonoxxut fil-pajjiżi li qed jagħtu l-lawrja.

Jekk il-lawrja li rċevejt tkunx rikonoxxuta f'pajjiż ieħor Ewropew jew mhux Ewropew jiddependi mill-ftehimiet li hemm fis-seħħ bejn il-pajjiżi inkwistjoni. L-UE ma tistax tintervjeni f'dawn l-arranġamenti.

L-EMJMD tiegħek tiswa 60, 90 ew 120 krediti fis-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti skont it-tul ta' żmien tal-kors.

Biex issir taf jekk EMJMD hux se tkun rikonoxxuta f'pajjiż partikolari, ikkuntattja lill-awtoritajiet xierqa kkonċernati u tihom l-isem uffiċjali tal-kors.

Appoġġ finanzjarju

Il-boroż ta' studju EMJMD ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni, it-tariffi u l-ispejjeż tal-ħajja għat-tul kollu tal-kors tal-Masters. L-ammont totali tal-borża ta' studju tiegħek jista' jvarja skont it-tul ta' żmien tal-kors tiegħek u n-nazzjonalità tiegħek (studenti mhux mill-UE jirċievu boroż ta' studju ikbar).

 

Objettiv

Persuna b'borża ta' studju minn Pajjiż tal-Programm

Persuna b'borża ta' studju minn Pajjiż Sieħeb

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar

€ 1,000 fis-sena

€ 2,000 fis-sena (f'distanza ta' inqas minn 4,000 km mill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja ta' koordinazzjoni tal-EMJMD)
€ 3,000 fis-sena (f'distanza ta' 4,000 km jew aktar mill-istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja ta' koordinazzjoni tal-EMJMD)

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' stallazzjoni

Mhux applikabbli

€ 1,000

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' sussistenza tvarja skont it-tul u l-pajjiż/ir-reġjun ta' residenza tal-istudenti.

Massimu ta' €1,000 fix-xahar

Massimu ta' €1,000 fix-xahar

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' parteċipazzjoni
(kull ammont 'il fuq mill-kontribuzzjoni massima jrid jiġi kopert mill-konsorzju tal-EMJMD)

Sa €4,500 fis-sena

Sa €9,000 fis-sena

 

Biex tirċievi appoġġ ta' Erasmus+ għal EMJMD, l-ewwel trid tiġi aċċettat f'kors mill-konsorzju organizzattiv. L-istudenti li jiffinanzjaw ruħhom huma stess jistgħu jirreġistraw flimkien ma' min għandu borża ta' studju.

Kif tapplika

Għall-EMJMDs, trid tapplika direttament mal-konsorzju li qed jorganizza l-kors biex issir taf dwar ir-rekwiżiti ta' dħul, il-proċedura ta' applikazzjoni u kif tissottometti l-applikazzjoni tiegħek.

Sib il-lawrji kollha disponiobbli fuq is-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Ammont ġdid ta' EMJMDs magħżula jiżdiedu mal-lista kull sajf. Il-programmi kollha jiftħu l-applikazzjonijiet fl-aħħar kwart tas-sena għall-istudenti li jkunu se jibdew f'Settembru jew f'Ottubru tas-sena ta' wara.

Kull sena, jintgħażlu madwar 15-il persuna b'borża ta' studju biex jieħdu sehem għal kull kors u jingħataw minimu ta' 75% tal-boroż ta' studju lil kandidati minn Pajjiżi sieħba.

Hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar il-boroż ta' studju mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Kun af aktar

Ara li tkun taf id-drittijiet tiegħek meta tistudja barra l-pajjiż.

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ ukoll toffri informazzjoni dettaljata dwar dawn l-opportunitajiet.

L-Aġenziji Nazzjonali, għall-Pajjiżi tal-programm, u l-Uffiċċji Nazzjonali, għall-Pajjiżi sieħba, jistgħu jgħinu bil-mistoqsijiet u l-applikazzjonijiet.

L-ESAA - Assoċjazzjoni tal-Istudenti u l-Alumni ta' Erasmus+ toffri lill-istudenti u l-alumni ta' Erasmus+ forum dinamiku għan-netwerking, l-iżvilupp professjonali u l-iskambju interkulturali.

L-istudenti tad-dottorat jistgħu jirċievu wkoll appoġġ mill-UE għal perjodi ta' studju barra pajjiżhom permezz tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie.

Filmat: Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus - flimkien lejn l-eċċellenza ma' Shqipe Neziri, Maniġer tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm Kontra l-Korruzzjoni f'Kosovo u alumni tal-Masters Erasmus Mundus fil-Politika Pubblika li studjat fl-2009-10 fl-Università ta' York (UK) u fl-2010-11 fl-Università Ċentrali Ewropea f' Budapest (l-Ungerija).

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.