Erasmus+

Jean Monnet

Ħarsa ġenerali

Jean Monnet hu l-parti minn Erasmus+ iddedikata għall-promozzjoni tal-eċċellenza fl-istudji tal-UE fl-edukazzjoni għolja mad-dinja kollha.

L-Azzjonijiet Jean Monnet għandhom il-mira li jibnu punti ta' kuntatt bejn l-akkademiċi, ir-riċerkaturi u min ifassal il-politika fl-UE.

Hemm enfasi fuq l-istudju tal-integrazzjoni tal-UE u r-riċerka fiha u fil-fehim tal-post tal-EU f'dinja globalizzata.

L-Azzjonijiet Jean Monnet huma organizzati u applikati għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja iżda, jekk int individwu li taħdem fl-edukazzjoni għolja, tista' tkun interessat li ssir taf x'jistgħu jfissru għalik l-opportunitajiet differenti.

Opportunitajiet għal:

 

Moduli

Il-Moduli Jean Monnet huma programmi jew korsijiet ta' tagħlim qosra dwar studji tal-UE. Jistgħu jkunu moduli introduttorji dwar l-UE, korsijiet li jikkonċentraw fuq aspett jew dixxiplina speċifika fi ħdan l-istudji tal-UE, jew jistgħu jħaddnu approċċ multidixxiplinari.

Sir af aktar dwar il-Moduli Jean Monnet.


 

Katedri

Il-Katedri Jean Monnet huma postijiet ta' tagħlim bi speċjalizzazzjoni fl-istudji dwar l-Unjoni Ewropea għall-professuri tal-università jew lekċerers anzjani. Dawn il-postijiet idumu 3 snin.

Sir af aktar dwar il-Katedri Jean Monnet.


Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.