Erasmus+

Pjattaformi u netwerks

Pjattaformi u netwerks

Erasmus+ jiffinanzja inizjattivi li jipprovdu għarfien espert meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm.

Dawn jistgħu jkunu f'għamla ta' korpi li jipproduċu analiżi u informazzjoni bħan-netwerk Eurydice jew pjattaformi kollaborattivi onlajn bħall-eTwinning, li jservi ta' punt ta' konnessjoni bejn l-għalliema fl-Ewropa kollha.

 

Żur u esplora

Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġetti ta' Erasmus+

Din il-pjattaforma hi r-repożitorju tal-proġetti ffinanzjati minn Erasmus+ inkluża informazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn il-proġetti, fejn huma disponibbli, kif ukoll għażla ta' prattiki tajbin u stejjer ta' suċċess. Il-pjattaforma fiha wkoll informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet responsabbli għal dawk il-proġetti, u b'hekk tipprovdi sħab futuri possibbli għal dawk interessati li jieħdu sehem f'Erasmus+.

Sir af iktar

Eurydice

Eurydice hu netwerk stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jappoġġja u jiffaċilita l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni. L-Istati Membri kollha tal-UE huma parti minn Eurydice, flimkien ma' xi pajjiżi mhux tal-UE li qed jipparteċipaw fil-programm Erasmus+. Eurydice jgħin fit-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni fl-Ewropa billi jipprovdi informazzjoni, politika u prattika tal-edukazzjoni ta' kwalità għolja. Hu jagħti deskrizzjonijiet tas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni, studji komparattivi, indikaturi u statistika.

Sir af iktar

eTwinning

eTwinning joffri pjattaforma għall-persunal (għalliema, kapijiet tal-iskola, librara, eċċ.), li jaħdem fi skola f'wieħed mill-pajjiżi Ewropej involuti, biex jikkomunika, jikkollabora, jiżviluppa proġetti, jaqsam u jkun parti minn komunità tat-tagħlim Ewropea. 

Sir af iktar

Eurodesk

Eurodesk hu wieħed mill-aktar sorsi komprensivi u aċċessibbli għall-informazzjoni miftuħa dwar opportunitajiet ta' mobilità fit-tagħlim. Eurodesk jipprovdi wkoll appoġġ nazzjonali f'34 pajjiż, kif ukoll opportunitajiet ta' taħriġ f'ambjent internazzjonali.

Sir af iktar

SALTO-YOUTH

SALTO-YOUTH hu netwerk ta' ċentri li jipprovdu riżorsi ta' tagħlim mhux formali għal min jaħdem maż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ, kif ukoll jorganizza attivitajiet ta' taħriġ u netwerking biex tappoġġja lill-organizzazzjonijiet u lill-Aġenziji Nazzjonali attivi fil-programm Erasmus+.

Sir af iktar

School Education Gateway

Il-pjattaforma School Education Gateway hija punt uniku ta' dħul għall-għalliema, l-iskejjel u oħrajn fil-qasam tal-edukazzjoni skolastika. Tippreżenta l-politika Ewropea dwar l-edukazzjoni, l-aħbarijiet, ix-xejriet, artikli tal-esperti, inizjattivi nazzjonali, azzjonijiet għall-iskejjel, oqsma għall-interazzjoni, l-aqwa prattiki fil-proġetti edukattivi u riżorsi addizzjonali, disponibbli bi 23 lingwa.

Sir af iktar

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE)

EPALE hi komunità ta' sħubija miftuħa multilingwi għall-għalliema, min jagħti t-taħriġ, ir-riċerkaturi, l-akkademiċi, min ifassal il-politika u kull min għandu rwol professjonali fit-tagħlim tal-adulti fl-Ewropa kollha.

Sir af iktar

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.