Erasmus+

Individuals

Ħarsa ġenerali

Għal kważi 30 sena, l-UE ffinanzjat il-programm Erasmus, li ppermetta lil aktar minn 3 miljun student Ewropew iqattgħu parti mill-istudji tagħhom f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja oħra jew ma' organizzazzjoni fl-Ewropa.

Erasmus+ jagħti dawn l-opportunitajiet lil kulħadd - studenti, persunal, trainees, għalliema, voluntiera u oħrajn. Dan il-programm lanqas mhu limitat għall-Ewropa jew l-Ewropej biss - b'Erasmus+, nies mid-dinja kollha jista' jkollhom aċċess għal dawn l-opportunitajiet.

 

Opportunitajiet għal:


Studenti

L-istudju barra l-pajjiż hu parti ċentrali minn Erasmus+ u rriżulta li għandu effett pożittiv fuq prospettivi ta' impjieg aktar tard. Hu wkoll ċans biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi, tikseb kunfidenza fik innifsek u indipendenza filwaqt li tidħol b'ruħek u b'ġismek f'kultura ġdida.

Sir af iktar


Persunal (tagħlim)

B'Erasmus+ huma disponibbli opportunitajiet biex tqatta' żmien tgħallem f'istituzzjoni tal-edukazzjoni barra pajjiżek. Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli kemm għal persunal li jaħdem fis-settur tal-edukazzjoni kif ukoll għal individwi li jaħdmu barra s-settur li jiġu mistiedna jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom.

Sir af iktar


Persunal (taħriġ)

B'Erasmus+, huma disponibbli opportunitajiet ta' taħriġ għal persunal li jaħdem fl-edukazzjoni, kemm bħala għalliema kif ukoll f'kapaċità oħra. Il-perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'monitoraġġ tal-impjieg, perjodi ta' osservazzjoni jew korsijiet speċifiċi ta' taħriġ barra l-pajjiż.

Sir af iktar


Trainees

Erasmus+ jgħinek tikseb esperjenza ta' valur fuq il-post tax-xogħol billi jappoġġja t-traineeships barra l-pajjiż. L-appoġġ ta' Erasmus+ għat-traineeships hu disponibbli għal studenti fl-edukazzjoni għolja u gradwati reċenti, kif ukoll għal studenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, apprendisti u gradwati reċenti.

Sir af iktar


Żgħażagħ

Erasmus+ hu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha, mhux biss għal dawk li huma rreġistrati fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ. B'Erasmus+ tista' tkun voluntier fl-Ewropa kollha u lil hinn mill-Ewropa jew tipparteċipa fi skambju ta' żgħażagħ barra l-pajjiż.

Sir af iktar


Ħaddiema żgħażagħ

Erasmus+ jappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema żgħażagħ permezz ta' perjodi ta' taħriġ u netwerking barra l-pajjiż. Il-perjodi barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'korsijiet ta' taħriġ, żjarat ta' studju, monitoraġġ tal-impjieg jew perjodi ta' osservazzjoni f'organizzazzjonijiet rilevanti u aktar.

Sir af iktar

Opportunitajiet għall-istudenti

L-istudju barra l-pajjiż hu parti ċentrali minn Erasmus+ u rriżulta li għandu effett pożittiv fuq prospettivi ta' impjieg aktar tard. Hu wkoll opportunità biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi, tikseb kunfidenza fik innifsek u indipendenza filwaqt li tidħol b'ruħek u b'ġismek f'kultura ġdida.

Erasmus+ joffrilek ukoll iċ-ċans li tikkombina l-istudju barra l-pajjiż bi traineeship.

L-opportunitajiet huma disponibbli għal studenti fil-livelli ta' Baċellerat, Masters jew Dottorat.

 

Opportunitajiet

L-istudju barra l-pajjiż

Erasmus+ jista' joffrilek appoġġ matul il-perjodu ta' studju barra l-pajjiż: kemm jekk dan qed isir f'Pajjiż tal-programm Erasmus+ kif ukoll jekk qed isir f'Pajjiż sieħeb.

Sir af iktar

Traineeships barra l-pajjiż

Erasmus+ jappoġġja t-traineeships (kollokamenti f'impjieg, internships, eċċ.) barra l-pajjiż għal studenti rreġistrati fl-edukazzjoni għolja f'Pajjiż tal-Programm. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħin ukoll għall-gradwati reċenti.

Sir af iktar

Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus

Bil-Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus, tista' tirċievi borża ta' studju sħiħa għal lawrja għal programm ta' studju internazzjonali fil-livell ta' Masters. Il-Lawrji tal-Masters Konġunt Erasmus Mundus huma distinti minn oħrajn għal-livell ta' eċċellenza akkademika u l-livell għoli ta' integrazzjoni tal-korsijiet bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja multipli fil-pajjiżi kollha.

Sir af iktar

Self għal Lawrja tal-Masters ta’ Erasmus+

Is-self għal Lawrja tal-Masters ta' Erasmus+ huwa self garantit mill-UE b'termini ta' pagamenti lura favorevoli li jistgħu jgħinuk tiffinanzja kors tal-Masters (sena jew sentejn) f'Pajjiż tal-programm Erasmus+.

Sir af iktar

Studenti b’diżabbiltajiet fiżiċi, mentali jew kundizzjonijiet relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-istudenti għandhom dritt għall-istess servizzi ta' appoġġ mogħtija lill-istudenti lokali mill-istituzzjonijiet li qed jirċievu.

Sir af iktar

Opportunitajiet ta' tagħlim għall-persunal

B'Erasmus+ huma disponibbli opportunitajiet biex tqatta' żmien tgħallem f'istituzzjoni tal-edukazzjoni barra l-pajjiż.

Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli kemm għal persunal li jaħdem fis-settur tal-edukazzjoni kif ukoll għal individwi f'negozji li jiġu mistiedna jaqsmu l-għarfien tagħhom ta' settur, suġġett jew kwistjoni partikolari mal-istudenti.

B'Erasmus+ huma disponibbli opportunitajiet biex tgħallem f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni li joperaw fil-livelli kollha.

 

Opportunitajiet

Edukazzjoni għolja

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja barra l-pajjiż. Jekk taħdem f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja, tista' tqatta' żmien tgħallem f'istituzzjoni f'Pajjiż tal-programm Erasmus+ jew f'Pajjiż sieħeb. Persuni li jaħdmu fin-negozju jistgħu jirċievu appoġġ biex jgħallmu u jaqsmu l-għarfien ma' istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jinsabu f'Pajjiż tal-programm.

Sir af iktar

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) barra l-pajjiż. Jekk taħdem f'VET, tista' tqatta' żmien tgħallem f'organizzazzjoni oħra f'Pajjiż tal-programm Erasmus+.

Sir af iktar

Edukazzjoni skolastika

Erasmus+ jappoġġja sessjonijiet ta' tagħlim fi skejjel barra l-pajjiż għal professjonisti involuti fl-edukazzjoni skolastika preprimarja, primarja u sekondarja. Permezz tat-tagħlim barra l-pajjiż, tista' tiggwadanja perspettiva aktar miftuħa tal-edukazzjoni, twettaq skambju ta' għarfien mal-kollegi tiegħek f'pajjiż ieħor u titgħallem prattiki tajbin fl-edukazzjoni. Dawn l-opportunitajiet huma disponibbli bejn l-iskejjel ibbażati fil-Pajjiżi tal-programm Erasmus+.

Sir af iktar

Edukazzjoni għall-adulti

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' tagħlim f'organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż. Jekk taħdem fl-edukazzjoni għall-adulti, tista' tqatta' żmien tgħallem jew tipprovdi taħriġ f'organizzazzjoni oħra f'Pajjiż tal-programm Erasmus+. Tali esperjenzi u skambji jistgħu jgħinu biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi u l-għarfien kulturali, kif ukoll jipprovdu perspettiva ġdida dwar prattiki u metodi ta’ tagħlim.

Sir af iktar

Jean Monnet

Jean Monnet hu l-parti minn Erasmus+ iddedikata għall-promozzjoni tal-eċċellenza fl-istudji tal-UE fl-edukazzjoni għolja mad-dinja kollha. Hemm enfasi fuq l-istudju tal-integrazzjoni tal-UE u r-riċerka f'dan il-qasam u fil-fehim tal-post tal-EU f'dinja globalizzata.

Sir af iktar

Persunal b'kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-persunal għandu dritt għall-istess servizzi ta' appoġġ mgħoti lill-persunal lokali mill-istituzzjonijiet li qed jirċievu.

Sir af iktar

Opportunitajiet ta' taħriġ għall-persunal

B'Erasmus+, huma disponibbli opportunitajiet ta' taħriġ għal persunal li jaħdem fl-edukazzjoni, kemm bħala għalliem kif ukoll f'kapaċitajiet oħra.

Il-perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'monitoraġġ tal-impjieg, perjodi ta' osservazzjoni, korsijiet ta' żvilupp personali jew avvenimenti speċifiċi għall-bini tal-kompetenza.

Erasmus+ jappoġġja t-taħriġ kemm fl-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll f'organizzazzjonijiet rilevanti li joperaw barra s-settur.

L-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' żvilupp personali huma disponibbli għal persunal li jaħdem fil-livelli kollha ta' edukazzjoni.

 

Opportunitajiet

Edukazzjoni għolja

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' taħriġ għal persunal li jaħdem f'istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. B'Erasmus+, int tista' titħarreġ f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'Pajjiż tal-Programm Erasmus+ jew f'Pajjiż sieħeb. Jekk qed taħdem f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja f'Pajjiż tal-programm, tista' wkoll titħarreġ f'organizzazzjoni barra s-settur f'Pajjiż tal-programm.

Sir af iktar

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Erasmus+ jappoġġja l-iżvilupp professjonali ta' nies li jaħdmu fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) permezz ta' perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż. Il-perjodi ta' taħriġ jistgħu jkunu kollokamenti f'impjieg f'istituzzjoni VET jew f'organizzazzjoni oħra rilevanti bbażata f'Pajjiż tal-programm Erasmus+.

Sir af iktar

Edukazzjoni skolastika

Erasmus+ jappoġġja attivitajiet ta' tagħlim barra l-pajjiż għal professjonisti involuti fl-edukazzjoni skolastika preprimarja, primarja u sekondarja. Dawn l-opportunitajiet jistgħu jikkonsistu f'korsijiet strutturati jew avventimenti oħra, jew monitoraġġ tal-impjieg fl-iskejjel u organizzazzjonijiet oħra rilevanti involuti fl-edukazzjoni skolastika.

Sir af iktar

Edukazzjoni għall-adulti

Erasmus+ jappoġġja perjodi ta' taħriġ f'organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti barra l-pajjiż. Dawn l-opportunitajiet jikkonsistu f'korsijiet strutturati, perjodi ta' taħriġ barra l-pajjiż, monitoraġġ tal-impjieg jew perjodi ta' osservazzjoni fl-iskejjel jew f'organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

Sir af iktar

Persunal b'kundizzjonijiet fiżiċi, mentali jew relatati mas-saħħa

Hu disponibbli finanzjament addizzjonali u l-persunal għandu dritt għall-istess servizzi ta' appoġġ mgħoti lill-persunal lokali mill-istituzzjonijiet li qed jirċievu.

Sir af iktar

Opportunitajiet ta' traineeship

Erasmus+ jista' jgħinek takkwista esperjenza ta' xogħol siewja billi jappoġġja t-traineeships (kollokamenti f'impjieg, internships, eċċ.) barra l-pajjiż.

Il-fehim kulturali u l-ħiliet lingwistiċi li titgħallem meta taħdem f'pajjiż ieħor jista' jagħmilha aktar faċli għalik biex issib impjieg wara l-istudji tiegħek.

Barra minn hekk, ix-xogħol f'organizzazzjoni rilevanti jiftaħ perspettivi fuq l-istudji tiegħek li jistgħu ma jingħatawx mis-seminars u s-sessjonijiet ta' ħidma.

Dawn l-opportunitajiet huma miftuħa għal nies li bħalissa huma fl-edukazzjoni jew gradwati reċenti. It-traineeships jistgħu jsiru fi kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti.

 

Opportunitajiet

Studenti fl-edukazzjoni għolja u gradwati riċenti

Erasmus+ jappoġġja t-traineeships (kollokamenti f'impjieg, interships, eċċ.) barra l-pajjiż għal studenti rreġistrati f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja f'Pajjiżi tal-programm. Dawn l-opportunitajiet huma miftuħin ukoll għall-gradwati reċenti.

Sir af iktar

Studenti tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, apprendisti u gradwati reċenti

Erasmus+ jappoġġja traineeships (kollokamenti f'impjieg) għal studenti rreġistrati fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET). Dawn l-opportunitajiet huma miftuħa wkoll għal apprendisti bbażati f'kumpaniji u għal gradwati reċenti tal-VET.

Sir af iktar

Opportunitajiet għaż-żgħażagħ

Erasmus+ hu miftuħ għaż-żgħażagħ kollha, mhux biss għal dawk involuti fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ. B'Erasmus+ tista' tkun voluntier fl-Ewropa u barra l-Ewropa jew tipparteċipa fi skambju ta' żgħażagħ barra l-pajjiż.

 

Opportunitajiet

Is-Servizz Volontarju Ewropew

Is-Servizz Volontarju Ewropew hu miftuħ għaż-żgħażagħ bejn is-17 u t-30 sena u jippermettilek tivvjaġġa barra l-pajjiż għal perjodu ta' bejn ġimagħtejn u 12-il xahar biex tipparteċipa fi proġett fuq bażi volontarja. Hemm varjetà kbira ta' proġetti disponibbli f'ħafna oqsma bħall-kura soċjali, l-ambjent u l-kultura.

Sir af iktar

Skambji taż-żgħażagħ

L-iskambji taż-żgħażagħ jippermettu li gruppi ta’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti jiltaqgħu u jgħixu flimkien għal perjodu li jista’ jasal sa 21 jum. Waqt skambju taż-żgħażagħ, int tista' tistenna li tipparteċipa f'attivitajiet bħal sessjonijiet ta' ħidma, eżerċizzji, dibattiti, role-plays, attivitajiet ta' barra, eċċ.

Sir af iktar

Opportunitajiet għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Erasmus+ jappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ permezz ta' perjodi ta' taħriġ u ta' netwerking barra l-pajjiż.

 

Opportunitajiet

Netwerking u taħriġ

Il-perjodi barra l-pajjiż jistgħu jikkonsistu f'korsijiet ta' taħriġ, żjarat ta' studju, monitoraġġ tal-impjieg jew perjodi ta' osservazzjoni f'organizzazzjonijiet rilevanti u aktar.

Skopri aktar

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.