Mogħdija tan-navigazzjoni

Erasmus+

Erasmus+: il-programm tal-UE l-ġdid għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ, u l-Isport għall-2014-2020.

Erasmus+ hu l-programm il-ġdid tal-UE għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport għall-2014-2020, li jibda f’Jannar 2014.

Int għalliem, taħdem maż-żgħażagħ jew lekċerer? Iċċekkja l-kartun il-ġdid tagħna biex tagħti daqqa t'għajn ħafifa u ssir taf kif Erasmus+ jista' jaħdem għalik!

Jekk qed tfittex biex tagħti daqqa t'għajn ħafifa lejn x'joffri lill-istudenti l-programm il-ġdid, dan il-kartun magħmul apposta għalik.

Jinbidlu l-ħajjiet, jinfetħu l-imħuħ

your video will appear here
X

Il-programm Erasmus+ għandu l-għan li jissaħħu l-ħiliet u l-impjegabbiltà, kif ukoll li jimmodernizza l-Edukazzjoni, it-Taħriġ, u x-xogħol taż-Żgħażagħ. Il-programm ta' seba' snin se jkollu baġit ta' €14.7 biljun; żieda ta' 40% imqabbla mal-livelli ta' nfiq attwali, li tirrifletti l-impenn tal-UE li tinvesti f'dawn l-oqsma.

Erasmus+ se jipprovdi opportunitajiet għal aktar minn 4 miljun Ewropew biex jistudjaw, jitħarrġu, jakkwistaw esperjenza tax-xogħol u jagħmlu xogħol volontarju f'pajjiżi barranin.

Erasmus+ se jappoġġa sħubijiet transnazzjonali fost l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ biex titrawwem il-kooperazzjoni u jgħaqqad id-dinja tal-Edukazzjoni ma' dik tax-xogħol sabiex jiġu solvuti l-lakuni fil-kapaċitajiet li qed niffaċċjaw fl-Ewropa.

Se jappoġġa wkoll l-isforzi nazzjonali biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ. Fil-qasam tal-Isport, se jkun hemm appoġġ għall-proġetti ordinarji u għall-isfidi transkonfinali bħal-logħob mixtri, id-doping, il-vjolenza u r-razziżmu.

Erasmus+ jgħaqqad seba’ programmi eżistenti tal-UE fl-oqsma tal-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ; se jipprovdi għall-ewwel darba appoġġ għall-Isport. Bħala programm integrat, Erasmus+ joffri aktar opportunitajiet għal kooperazzjoni bejn is-setturi tal-Edukazzjoni, tat-Taħriġ, taż-Żgħażagħ, u tal-Isport u l-aċċess tiegħu hu eħfef minn dak tal-predeċessuri tiegħu, b'regoli ta' finanzjament simplifikati.