Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+

X'inhi?

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi parti integrali tas-Sejħa Ġenerali għal Proposti ta' Erasmus+ 2015. Organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li qed ifittxu finanzjament fil-qafas ta’ din is-sejħa għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew f’din il-Gwida.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni dwar:

  • il-prijoritajiet tal-programm,
  • l-azzjonijiet appoġġjati,
  • il-finanzjament disponibbli għal azzjonijiet differenti,
  • l-informazzjoni dettaljata dwar il-parteċipazzjoni.

Għall-azzjonijiet immaniġġjati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), teżisti ħarsa ġeneralipdf(266 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  tal-finanzjament indikattiv disponibbli u l-għadd approssimattiv ta' proġetti mistennija li jiġu finanzjati għal kull azzjoni.

Wara r-reviżjoni tas-Sejħa Ġenerali għall-Proposti tal-2015, verżjoni riveduta tal-Gwida tal-Programm 2015pdf(4.96 Mb) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  ġiet ippubblikata (il-verżjoni 2 tat-23/10/2014). Imqabbla mal-verżjoni preċedenti (il-verżjoni 1pdf(4.59 Mb) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  tas-06/10/2014), id-dokument jintroduċi t-tibdiliet li ġejjin:

  • l-iskadenza għal Sħubijiet Strateġiċi fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (Azzjoni Ewlenija 2) huma miġjuba 'l quddiem mit-30/04 sal-31/03/2015.
  • il-kundizzjonijiet li taħthom l-istituzzjonijiet Russi huma permessi li jipparteċipaw f’azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-edukazzjoni għolja (Azzjoni Ewlenija 2) huma ddettaljati b’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar kooperazzjoni bilaterali mar-Russja.
  • il-kundizzjonijiet ta' parteċipazzjoni għall-organizzazzjonijiet tal-Pajjiżi Sħab skont is-Sħubijiet Kollaborattivi fil-qasam tal-Isport huma l-istess bħal dawk definiti fil-Gwida tal-Programm tal-2014.
Liema verżjonijiet lingwistiċi huma disponibbli?

Il-Gwida tal-Programm hi disponibbli bil-lingwi li ġejjin:

Kif tapplika?

L-organizzazzjonijiet huma mistiedna li jissottomettu applikazzjonijiet onlajn lill-Aġenzija Nazzjonali fil-pajjiż rilevanti jew lill-EACEA fi Brussell.

Il-formoli ta' applikazzjoni onlajn tal-2015 u dokumenti relatati attwalment qed ikunu preparati u se jkunu disponibbli fil-websajts tal-Aġenziji Nazzjonali u tal-EACEA.

Biex jassistuk fil-preparazzjoni tal-proposta tal-proġett tiegħek eżempji ta' formoli onlajn jinsabu disponibbli għal konsultazzjoni.

Individwi li jixtiequ japplikaw għandhom jikkuntattjaw organizzazzjoni, istituzzjoni jew stabbiliment edukattiv minn tagħhom.

Fejn tista' tiskopri aktar?

Organizzazzjonijiet li jfittxu aktar informazzjoni dwar il-proċess jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija Nazzjonali jew lill-EACEA.

Fejn tista' ssib verżjonijiet preċedenti tal-gwida?

Il-verżjoni preċedenti tal-Gwida tal-Programm 2015 bħalissa tinsab disponibbli hawn taħt:

Il-Gwida tal-Programm 2014 tinsab ukoll disponibbli għal konsultazzjoni, iżda tapplika biss għas-Sejħa għal Proposti Erasmus+ 2014.

 
 

 

How can we help?