Uffiċċji Nazzjonali ta’ Erasmus+

L-Uffiċċji Nazzjonali ta' Erasmus+ (NEOs) jassistu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet pubbliċi fl-implimentazzjoni ta' Erasmus+ f'ċerti Pajjiżi Sħab.

Dawn il-pajjiżi jinsabu fil-Balkani tal-Punent, fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Asja Ċentrali. Ir-Russja wkoll għandha Uffiċċju Nazzjonali.

Uħud mir-responsabbilitajiet tal-NEOs huma li jipprovdu informazzjoni dwar Erasmus+, jimmonitorjaw u jevalwaw proġetti ffinanzjati, jassistu l-applikanti u l-parteċipanti, jappoġġjaw id-djalogu dwar il-politika u jżommu kuntatt mal-awtoritajiet lokali u d-delegazzjonijiet tal-UE.

Il-lista tal-Uffiċċji Nazzjonali ta’ Erasmus+ hi disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Aqsam din il-paġna