Erasmus+

About

Opportunitajiet

Erasmus+, li twaqqaf biex idum sal-2020, m'għandux biss opportunitajiet għall-istudenti. Hu jgħaqqad flimkien seba' programmi ta' qabel u joffri opportunitajiet għal varjetà wiesgħa ta' individwi u organizzazzjonijiet.

Individwi

Erasmus+ għandu opportunitajiet għal nies ta' kull età u jgħinhom jiżviluppaw u jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza f'istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet b'pajjiżi differenti.

Opportunitajiet għall-individwi

Organizzazzjonijiet

Erasmus+ għandu opportunitajiet għal firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet, li jinkludu universitajiet, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, gruppi ta' riflessjoni , organizzazzjonijiet ta' riċerka, u negozji privati.

Opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet

 

Għanijiet

L-għan ta' Erasmus+ hu li jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir, l-impjiegi, l-ekwità soċjali u l-inklużjoni, kif ukoll l-għanijiet ta' ET2020, il-qasam strateġiku tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

Erasmus+ għandu l-għan ukoll li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tas-sħab tiegħu fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-UE.

Kwistjonijiet speċifiċi indirizzati mill-programm jinkludu:

Appoġġ għall-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u r-riforma

Riżultati

Ir-riżultati ta' Erasmus+ huma disponibbli f'rapporti u ġabriet tal-istatistika, kif ukoll permezz tal-Pjattaforma tal-Proġetti Erasmus+, li tinkludi l-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ffinanzjati mill-programm, kif ukoll għażla ta' prattiki tajbin u stejjer ta' suċċess.

Statistika

L-istatistika dwar Erasmus+ huma disponibbli mill-paġna tal-istatistika.

Fil-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ hemm disponibbli informazzjoni dwar il-progress lejn il-punti ta' riferiment ta' ET2020.

Il-progress lejn il-punti ta' riferiment ta' ET2020 tista' tarahom ukoll permezz ta' serje ta' mapep interattivi.

B'mod simili, tista' ssib informazzjoni dwar is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa fil-Monitoraġġ taż-Żgħażagħ.

Rapporti

Il-Programm Erasmus+ hu s-suġġett ta' analiżi f'nofs it-term tal-programm, li għandha titlesta fl-2017, u studju tal-impatt, li għandu jiġi ppubblikat wara li jitlesta l-programm fl-2020.

Wara li tlesta l-programm Erasmus, fl-2014 ġie ppubblikat studju tal-impatt li enfasizza r-riżultati tal-programm.

Min jista' jieħu sehem?

Erasmus+ hu miftuħ għal ħafna individwi u organizzazzjonijiet għalkemm l-eleġibilità tvarja bejn azzjoni u oħra u bejn pajjiż u ieħor.

L-individwi jistgħu jieħdu sehem f'ħafna mill-opportunitajiet iffinanzjati minn Erasmus+, għalkemm il-maġġoranza se jkollhom jagħmlu dan permezz ta' organizzazzjoni li tkun qed tieħu sehem f'programm. L-eleġibilità tal-individwi u tal-organizzazzjonijiet tiddependi mill-pajjiż fejn huma bbażati.

Pajjiżi eleġibbli jinqasmu f'żewġ grupp, Pajjiżi tal-Programm u Pajjiżi Sħab. Filwaqt li l-Pajjiżi tal-Programm huma eleġibbli għall-azzjonijiet kollha ta' Erasmus+, il-Pajjiżi Sħab jistgħu jieħdu sehem biss f'xi wħud, u huma suġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi.

Fil-paġni tal-opportunitajiet speċifiċi (kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet), kif ukoll fil-Gwida tal-Programm hemm disponibbli aktar informazzjoni dwar l-eleġibilità.

 

Pajjiżi


Pajjiżi tal-Programm



  • L-Awstrija
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Ċipru
  • Il-Kroazja
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Id-Danimarka
  • L-Estonja
  • Il-Finlandja
  • Franza
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • L-Ungerija
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Malta
  • In-Netherlands
  • Il-Polonja
  • Il-Portugall
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja
  • Spanja
  • L-Iżvezja
  • Ir-Renju Unit
  • L-Eks-Repubblika
    Jugoslava tal-Maċedonja
  • L-Iżlanda
  • Il-Liechtenstein
  • In-Norveġja
  • It-Turkija

Pajjiżi Sħab

Pajjiżi Sħab ġirien tal-UE

  • L-Albanija
  • Il-Bożnija-Ħerzegovina
  • Il-Kosovo
  • Il-Montenegro
  • Is-Serbja
  • L-Armenja
  • L-Ażerbajġan
  • Il-Belarussja
  • Il-Georgia
  • Il-Moldova
  • It-Territorju tal-Ukraina kif rikonoxxut mil-liġi internazzjonali
  • L-Alġerija
  • L-Eġittu
  • Iżrael
  • Il-Ġordan
  • Il-Libanu
  • Il-Libja
  • Il-Marokk
  • Il-Palestina
  • Is-Sirja
  • It-Tuneżija
  • It-Territorju tar-Russja kif rikonoxxut mil-liġi internazzjonali

Pajjiżi Sħab oħrajn

  • Andorra
  • Monako
  • San Marino
  • L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
  • L-Iżvizzera
  • L-Afganistan
  • Il-Bangladexx
  • Il-Butan
  • Il-Kambodja
  • Iċ-Ċina
  • Il-Korea DPR
  • L-Indja
  • L-Indoneżja
  • Il-Laos
  • Il-Malasja
  • Il-Maldivi
  • Il-Mongolja
  • Il-Mjanmar
  • In-Nepal
  • Il-Pakistan
  • Il-Filippini
  • Is-Sri Lanka
  • It-Tajlandja u l-Vjetnam
  • Il-Każakistan
  • Il-Kirgiżistan
  • It-Taġikistan
  • It-Turkmenistan
  • L-Użbekistan
  • L-Arġentina
  • Il-Bolivja
  • Il-Brażil
  • Iċ-Ċilì
  • Il-Kolombja
  • Il-Costa Rica
  • Kuba
  • L-Ekwador
  • L-El Salvador
  • Il-Gwatemala
  • Il-Honduras
  • Il-Messiku
  • In-Nikaragwa
  • Il-Panama
  • Il-Paragwaj
  • Il-Perù
  • L-Urugwaj
  • Il-Venezwela
  • L-Iran
  • L-Iraq
  • Il-Jemen
  • L-Afrika t’Isfel
  • L-Angola
  • Antigwa u Barbuda
  • Il-Bahamas
  • Il-Barbados
  • Il-Belize
  • Il-Benin
  • Il-Botswana
  • Il-Burkina Faso
  • Il-Burundi
  • Il-Kamerun
  • Cape Verde
  • Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
  • Iċ-Chad
  • Comoros
  • Il-Kongo
  • Il-Kongo - ir-Repubblika Demokratika ta’
  • Il-Gżejjer Cook
  • Djibouti
  • Dominica
  • Ir-Repubblika Dominicana
  • Il-Ginea Ekwatorjali
  • L-Eritrea
  • L-Etjopja
  • Fiġi
  • Il-Gabon
  • Il-Gambja
  • Il-Ghana
  • Grenada
  • Il-Giunea
  • Il-Giunea Bissau
  • Il-Guyana
  • Il-Haiti
  • Il-Kosta tal-Avorju
  • Il-Ġamajka
  • Il-Kenja
  • Kiribati
  • Il-Lesoto
  • Il-Liberja
  • Madagascar
  • Il-Malawi
  • Il-Mali
  • Il-Gżejjer Marshall
  • Il-Mauritania
  • Mauritius
  • Il-Mikroneżja - l-Istati Federati ta'
  • Il-Mozambique
  • In-Namibja
  • Nauru
  • In-Niġer
  • In-Niġerja
  • Niue
  • Palau
  • Papua New Guinea
  • Ir-Rwanda
  • Saint Kitts u Nevis
  • Saint Lucia
  • Saint Vincent u l-Grenadini
  • Samoa
  • Sao Tome u Principe
  • Is-Senegal
  • Is-Seychelles
  • Sjerra Leone
  • Il-Gżejjer Solomon
  • Is-Somalja
  • Is-Sudan t’Isfel
  • Is-Sudan
  • Is-Suriname
  • Is-Swaziland
  • Timor Leste - ir-Repubblika Demokratika ta'
  • It-Tanzanija
  • It-Togo
  • It-Tonga
  • Trinidad u Tobago
  • Tuvalu
  • L-Uganda
  • Vanuatu
  • Iż-Żambja
  • Iż-Żimbabwe
  • Il-Bahrain
  • Il-Kuwajt
  • L-Oman
  • Il-Qatar
  • L-Arabja Sawdija
  • L-Emirati Għarab Magħquda
  • L-Awstralja
  • Il-Brunei
  • Il-Kanada
  • Ħong Kong
  • Il-Ġappun
  • (Ir-Repubblika tal-)Korea
  • Il-Makao
  • New Zealand
  • Singapore
  • It-Tajwan
  • L-Istati Uniti tal-Amerka

Kif inhu mmaniġġjat?

Il-programm Erasmus+ hu mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea (il-korp eżekuttiv tal-UE), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), serje ta' Aġenziji Nazzjonali fil-Pajjiżi tal-Programm, u serje ta' Uffiċċji Nazzjonali f'xi Pajjiżi Sħab.

 

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb l-immaniġġjar ġenerali tal-programm inkluż:

  • l-immaniġġjar tal-baġit
  • l-istabbiliment tal-prijoritajiet
  • l-identifikazzjoni tal-miri u l-kriterji tal-programm
  • il-monitoraġġ u l-gwida tal-implimentazzjoni
  • is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-programm

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tal-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabbiltà li timmaniġġja l-elementi "ċentralizzati" tal-programm inklużi:

  • il-promozzjoni tal-programm u tal-opportunitajiet
  • it-tnedija tas-sejħiet għall-proposti
  • l-analiżi tat-talbiet għall-għotjiet
  • l-għoti tal-kuntratti u tal-monitoraġġ tal-proġetti
  • il-komunikazzjoni dwar ir-riżultati

L-EACEA u l-Kummissjoni jwettqu wkoll studji u riċerka, kif ukoll l-immaniġġjar u l-finanzjament tal-korpi u n-netwerks l-oħra appoġġjati minn Erasmus+.

Fil-Programmi ta' Ħidma Annwali ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea hemm disponibbli informazzjoni dettaljata dwar l-immaniġġjar ta' Erasmus+.

L-Aġenziji Nazzjonali

Fil-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni tafda ħafna mill-immaniġġjar ta' Erasmus+ lill-Aġenziji Nazzjonali. Barra l-UE, u speċifikament fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, dan ir-rwol jimtela mill-Uffiċċji Nazzjonali ta' Erasmus+.

Il-Kummissjoni tipprovdi l-finanzjament lill-Aġenziji Nazzjonali, li jużaw dawn il-fondi biex jimmaniġġjaw l-attivitajiet "deċentralizzati" tal-programm. Dan jippermetti lill-Aġenziji jadattaw il-programm biex ikun utli għas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

L-Aġenziji Nazzjonali huma responsabbli għal:

  • l-għoti ta' informazzjoni dwar il-programm
  • l-analiżi tal-applikazzjonijiet sottomessi f'pajjiżhom
  • il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm f’pajjiżhom
  • l-appoġġ lin-nies u lill-organizzazzjonijiet li qed jieħdu sehem f'Erasmus+
  • il-promozzjoni tal-programm u l-attivitajiet tiegħu fil-livell lokali u nazzjonali

Dawn l-Aġenziji jappoġġjaw ukoll lill-benefiċjarji tal-programm mill-istadju tal-applikazzjoni sa tmiem il-proġett. Jaħdmu wkoll mal-benefiċjarji u ma' organizzazzjonijiet oħrajn biex jappoġġjaw il-politiki tal-UE f'oqsma appoġġjati mill-programm.

Uffiċċji Nazzjonali ta’ Erasmus+

Barra l-UE, fil-Pajjiżi Sħab li jipparteċipaw f'Erasmus+ fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, ħafna mix-xogħol tal-Aġenziji Nazzjonali jitwettaq mill-Uffiċċji Nazzjonali ta' Erasmus+. Dawn l-uffiċċji huma l-punt fokali għal kull min għandu l-ħsieb li jieħu sehem f'Erasmus+, u huma responsabbli għal:

  • l-għoti tal-informazzjoni dwar il-programm u min jista' jieħu sehem
  • l-għoti ta' pariri u assistenza lill-applikanti potenzjali
  • il-monitoraġġ tal-proġetti ta' Erasmus+
  • l-appoġġ għad-djalogu, l-istudji u l-avvenimenti ta' politika
  • iż-żamma ta' kuntatti mal-esperti u l-awtoritajiet lokali
  • il-monitoraġġ tal-iżviluppi ta' politika

Korpi oħrajn

Hemm diversi organizzazzjonijiet oħrajn li wkoll jappoġġjaw il-programm, inklużi:

Ċifri ewlenin: Erasmus+ (2014–2020)

Baġit ġenerali

€14.7 biljun

Barra minn hekk, kienu disponibbli €1.68 biljun għal azzjonijiet ta' finanzjament ma' pajjiżi mhux fl-UE (pajjiżi sħab) permezz tal-baġit tal-azzjoni esterna tal-UE

Opportunitajiet ta’ mobilità ġenerali

Aktar minn 4 miljun persuna

Edukazzjoni Għolja

Madwar 2 miljun student

Studenti tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

Madwar 650,000 student

Mobilità tal-persunal

Madwar 800,000 lekċerer, għalliema, trejners, persunal tal-edukazzjoni u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ

Skemi għall-iskambju tal-voluntiera u ż-żgħażagħ

Aktar minn 500,000 żagħżugħ

Skema ta' garanzija fuq is-self għall-Masters

Madwar 200,000 student

Diplomi ta' Masters Konġunt

Aktar minn 25,000 student

Sħubijiet Strateġiċi

Madwar 25,000 li jgħaqqdu flimkien 125,000 skola, istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ vokazzjonali, istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni għolja u għall-adulti, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u intrapriżi

Alleanzi tal-Għarfien

Aktar minn 150 stabbiliti minn 1,500 istituzzjoni tal-Edukazzjoni ogħla u intrapriżi

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

Aktar minn 150 stabbiliti minn 2,000 fornitur tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ vokazzjonali u intrapriżi

Website feedback

Please note that we can only respond to issues concerning the Erasmus+ website. 

For general questions about Erasmus+, please contact your National AgencyNational Erasmus+ Office, or our helpdesk, EuropeDirect.