Monitoraġġ tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-istituzzjonijiet
Minħabba problemi tekniċi, is-servizzi ta' PreLex bħalissa mhumiex stabbli. Qed naħdmu biex insolvu l-problema. Niskużaw irwieħna ta' din l-inkonvenjenza.
PreLex, id-database tal-proċeduri interistituzzjonali ssegwi l-fażijiet ewlenin tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn:
fażi tal-proċedura;
deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet;
ismijiet tal-persuni;
servizzi inkarigati;
referenzi tad-dokumenti ...eċċ,
kif ukoll il-ħidmiet tad-diversi istituzzjonijiet (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekomomiku Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja eċċ)
PreLex issegwi wkoll il-proposti kollha tal-Kummissjoni (dossiers leġislattivi u baġitarji, konklużjonijiet ta' ftehim internazzjonali) u komunikazzjonijiet mix-xandir tagħhom lill-Kunsill jew lill-Parlament Ewropew
Hemm links li bihom wieħed jista' jaċċessa direttemanet it-testi elettroniċi disponibbli (dokumenti KUMM, il-Ġurnal Uffiċjali, il-Bulettin ta' l-Unjoni Ewropea, dokumenti tal-Parlament Ewropew, stqarrijiet għall-istampa, eċċ.)