Navigation path

 

IR-REĠIM KOMUNI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-MARD TAL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ (RKAM)

L-uffiċjali u l-aġenti li għalihom japplika l-istatut tal-Unjoni Ewropea (u l-familja tagħhom, b'ċerti kundizzjonijiet) jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt tar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (RKAM), li jirrimborża l-ispejjeż mediċi bir-rata ta' 80-85 % għall-parti l-kbira ta' prestazzjonijiet u trattamenti (fir-rigward ta' ċerti limiti massimi). Il-membri fis-servizz attiv huma bl-istess mod koperti minn assigurazzjoni ta' aċċidenti u assigurazzjoni kontra l-mard okkupazzjonali.

Ir-reġim tal-assigurazzjoni tal-mard huwa ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjoni ekwivalenti għal 1,7 % tas-somma bażi ta' kull xahar ta' kull membru u tal-kontribuzzjoni tal-impjegatur.

PROVA TA' KOPERTURA (TAS-SĦUBIJA)

L-uffiċjali u l-aġenti temporanji, l-aġenti kuntrattwali u l-pensjonanti, il-membri primarji, jistgħu jirċievu prova ta' kopertura li tikkonferma s-sħubija tagħhom, kif ukoll dik tal-familja tagħhom (jekk ikun il-każ), fir-RKAM:

  • Għall-persunal attiv (uffiċjali u aġenti temporanji jew aġenti kuntrattwali) u l-penzjonanti li talbu għal aċċess għal ECAS:
    billi wieħed jidħol fis-sit RCAM onlajn. Hawnhekk tista' tistampa direttament ċertifikat ta' kopertura RKAM, fil-lingwa li teħtieġ, għalik stess jew għall-familja tiegħek (iċ-ċertifikat huwa bi 23 lingwa)
  • Għall-oħrajn, li ma għandhomx aċċess għall-ECAS, iċ-ċertifikat jista' jinkiseb

    billi jintalab mingħand il-PMO Contact onlajn https://ec.europa.eu/pmo/contact/ (Couverture maladie/Attestations)

    - permezz ta' telefonata lit-tim taċ-Ċertifikati tal-Uffiċċju tal-Klejms tiegħek (BL), filwaqt li tispeċifika:

        • in-numru tal-persunal/tal-pensjoni tiegħek

        • il-persuna li għaliha tixtieq iċ-ċertifikat
        • il-lingwa li fiha tixtieq iċ-ċertifikat.

    BL Bruxelles: (+32)2 295 80 37

    BL Luxembourg: (+352) 4301 30655
    BL Ispra: (+39) 0332 78 9026

F'KAŻ TA' KURA FL-ISPTAR

Il-membri huma mitluba li jċemplu lill-Uffiċċju tal-Klejms biex ikun jista' jieħu ħsieb l-ispejjeż:
L-Uffiċċju tal-Klejms ta' Brussell (TEL +32-2-295.98.56)

L-Uffiċċju tal-Klejms tal-Lussemburgu (TEL +352-4301.36100/36406)

L-Uffiċċju tal-Klejms ta' Ispra (TEL +39-0332-789966)

Is-servizzi ta' PMO CONTACT huma aċċessibbli bit-telefown għall-benefiċjarji tar-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-Istituzzjonijiet Ewropej kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9:30h san-12:30h. (TEL: + 32 2 299 77 77)
Għall-membri tal-Uffiċċju tal-Klejms ta' Ispra wieħed jista' jċempel kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10h00 sa 12h00 u mis-14h00 sal-16h00 (TEL: +39 0332 78 5757).
Wieħed jista' jirrikorri għall-portal onlajn jekk ikollu xi diffikultajiet dwar l-assikurazzjoni tal-mard, l-aċċidenti u l-mard okkupazzjonali: https://ec.europa.eu/pmo/contact/