
Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
|
Welcome |
|
|
Organisation |
|
|
Policy of recruitment |
|
|
Sickness insurance |
|
|
Call for tenders |
|
|
List of contractors |
|
| Usefull links | |
|
Epso website |
|
|
DG Human Resources |
|
|
OIB website |
|
|
Eur-Lex |
|
|
Who is who? |
|
|
Commissioner's website |
F'kull
organizzazzjoni, kemm jekk privata kif ukoll jekk pubblika, is-servizzi
interni jieħdu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-persunal.
L-istruttura tagħna, l-Uffċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta'
Drittijiet Individwali (PMO), jamministra d-drittijiet finanzjarji
tal-persunal. L-akronimu PMO ġej mit-terminu Ingliż "PayMaster's Office".
Il-PMO jiddetermina, jikkalkula u jħallas id-drittijiet finanzjarji
tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u ta' ċerti istituzzjonijiet u
entitajiet Komunitarji oħra.
Dawn id-drittijiet finanzjarji jew "drittijiet finanzjarji individwali"
huma:
-
il-pagi u allowances;
- il-kumpens ta' l-ispejjeż ta' l-esperti u l-ispejjeż tal-missjonijiet;
-
il-kopertura ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard u l-inċidenti;
-
il-pensjonijiet;
-
il-qgħad.
Waqfien
tas-servizz
Jekk int tkun waqaft mis-servizz tiegħek mal-istituzzjonijiet Ewropej bħala
aġent kuntrattwali jew temporanju,
l-unità u/jew is-settur responsabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi
umani fl-istituzzjoni preċedenti tiegħek jistgħu jipprovdulek iktar
informazzjoni dwar:
- il-pensjoni ta’ meta wieħed jirtira;
- il-qgħad;
- ħlas għall-ħruġ bil-pensjoni;
- allowance għall-istabbilment mill-ġdid.
Ir-regoli kollha
applikabbli għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħrajn jinsabu fir- regolamenti
tal-persunal,
fejn issib ukoll informazzjoni dwar id-drittijiet finanzjarji.
Minbarra l-PMO, hemm servizzi oħrajn li jieħdu ħsieb aspetti oħra ta'
l-amministrazzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni:
Kwistjonijiet ta' prinċipju rigward ir-riżorsi umani u s-sigurt?jaqgħu taħt ir-responsabbilt?tad- DĠ HR.
It-twettiq tal-politika tal-proprjet? kwistjonijiet ta' akkomodazzjoni tas-servizzi, manutenzjoni teknika u akkwisti ta' provvisti jaqgħu taħt ir-responsabbilt?ta' l-Uffiċċju ta' l-Infrastruttura u l-Loġistika ta' Brussell (OIB). U l-ekwivalenti tiegħu fil-Lussemburgu (OIL).
Barra minn hekk, l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) jaħdem biex jagħżel il-persunal ta' l-istituzzjonijiet Ewropej kollha, inklużi dawk tal-Kummissjoni.