Mogħdija tan-navigazzjoni

Nisfruttaw il-potenzjal tat-turiżmu kostali u tal-gżejjer tal-UE - 20/02/2014

Dehra ta' Mykonos, mitħna u l-port il-qadim b'vapur tal-krużis © Shutterstock

L-istrateġija l-ġdida għandha l-għan li tindirizza l-isfidi li qed ifeġġu quddiem l-industrija li qed tikber tat-turiżmu tal-Ewropa biex tgħinha tiżviluppa u ssir aktar kompetittiva.

L-Ewropa hi l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja, bl-għadd ta' turisti jammonta għal 534 miljun - 52% jaslu mid-dinja kollha - u introjti ta' €356 biljun fl-2012.

It-turiżmu kostali u marittimu jinkludi kemm l-attivitajiet ibbażati fuq il-bajjiet (p.e. it-tixmix, il-għawm u s-surfing) u l-attivitajiet ibbażati fuq l-ilma (p.e. il-krużing, it-tbaħħir bil-jottijiet, u l-isport nawtiku), kif ukoll is-servizzi bbażati fuq l-art bħal-lukandi, il-manifatturieri tat-tagħmir u n-negozji taċ-charters.

Apparti milli jimpjega madwar 3.2 miljun ruħ, it-turiżmu maġenb il-baħar mhux biss hu l-akbar sottosettur tat-turiżmu, iżda hu wkoll is-sinsla tad-dahar ta' bosta reġjuni kostali u gżejjer tal-Ewropa. Madankollu, nuqqas ta’ finanzjament, ta' kooperazzjoni u ta' ħiliet ifisser li l-potenzjal sħiħ tas-settur għad baqagħlu biex jitwettaq.

L-UE enfasizzat it-turiżmu kostali u marittimu bħala industrija b'potenzjal għoli għall-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi fl-Istrateġija ta' Tkabbir Blu tagħha u fasslet azzjonijiet biex tgħin lir-reġjuni kostali jilħqu l-potenzjal tagħhom, filwaqt li tiżgura li l-iżvilupp fit-tul hu sostenibbli.

L-azzjonijiet proposti jinkludu:

  • kooperazzjoni eqreb u sħubijiet fl-UE kollha bejn il-partijiet interessati (il-portijiet, l-operaturi tal-krużis, l-awtoritajiet...)
  • aktar appoġġ għall-SMEs fosthom: gwida onlajn għal finanzjament, kampanji promozzjonali, u skemi ta' maniġment
  • promozzjoni tat-turiżmu ekoloġiku u tar-riċerka fi strateġiji innovattivi għat-turiżmu għall-iżvilupp tal-gżejjer u l-marini.

L-UE tittama li l-istrateġija se tikkomplementa inizjattivi eżistenti żviluppati minn pajjiżi membri, reġjuni u partijiet interessati oħrajn. Tittama wkoll li tara li l-kwestjonijiet dwar it-turiżmu maġenb il-baħar jiġu integrati fil-programmi u fil-politiki eżistenti.

Il-mexxejja industrijali u partijiet interessati oħrajn se jkunu mistiedna biex jiżviluppaw kemm mudelli ta' negozji ġodda, kif ukoll prodotti ġodda u innovattivi, biex jissaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku tas-settur u jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet relatati mat-turiżmu.

Il-passi li jmiss

Konferenza organizzata mal-presidenza Griega DeutschελληνικάEnglishfrançais fl-10 ta' Marzu f'Ateni se tlaqqa' flimkien lill-atturi ewlenin fl-industrija tat-turiżmu biex jiddiskutu l-istrateġija. Fix-xhur li ġejjin se jiġu implimentati azzjonijiet konkreti.

Stqarrija għall-istampa - Strateġija tal-Kummissjoni biex jiġi promoss it-turiżmu kostali u marittimu

Mistoqsija u Tweġiba - Promozzjoni tat-turiżmu kostali u marittimu Deutschελληνικάfrançaisitaliano

Turiżmu kostali u marittimu

Politika tal-UE dwar it-turiżmu

Ewropa kalamita: Pjanijiet kbar għall-industrija tat-turiżmu

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli