Mogħdija tan-navigazzjoni

Pariri għal ivvjaġġar sikur u intelliġenti fl-UE - 29/07/2013

Tifel u umbrella f'bajja fi nżul ix-xemx © EU

Jekk dan is-sajf se tmur għall-vaganzi tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE, hawn għandek issib xi pariri għal ivvjaġġar bla tfixkil.

Filwaqt li l-ivvjaġġar fl-Ewropa qatt ma kien daqshekk faċli – bir-regoli tal-UE dwar il-qsim tal-fruntieri, il-kura medika, l-annimali tad-dar, it-tariffi tar-roaming u d-drittijiet tal-passiġġieri – għad hemm xi affarijiet li jeħtieġlek tiftakar jekk dan is-sajf int qed tippjana biex tivvjaġġa barra minn pajjiżek fl-UE.

Ħu miegħek il-passaport jew il-karta tal-identità – anke jekk tivvjaġġa bejn pajjiżi fiż-żona bla fruntieri tal-UE, xorta tkun idea tajba li ġġorr dawn id-dokumenti f’każ li jkollok bżonn tagħti prova tal-identità tiegħek għal xi raġuni jew oħra.

Tinsiex il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) li tingħatalek mingħajr ħlas. Ikkuntattja lill-provveditur tas-saħħa lokali tiegħek biex tingħata informazzjoni dwar kif takkwistaha. Jekk int jew membru tal-familja timordu filwaqt li tkunu fl-UE, iż-ŻEE jew l-Isvizzera, il-karta tiżgura aċċess faċli għal kura tas-saħħa pubblika u għas-servizzi mediċi.

Kun af li s-servizzi bla ħlas f’pajjiżek għandhom imnejn ma jkunux b’xejn f’pajjiż ieħor. Iddawnlowdja bla ħlas l-app tal-EHIC biex tgħinek tikkuntattja s-servizzi ta’ għajnuna fil-pajjiż li tkun qed iżżur.

Ġib passaport tal-annimali tad-dar – Jekk issiefer bil-qtates, il-klieb u l-inmsa tiegħek, ikollok bżonn prova li l-annimal tad-dar tiegħek hu mlaqqam kontra r-rabja. L-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Finlandja, Malta u l-Isvezja għandhom rekwiżiti addizzjonali għalhekk iċċekkja r-regoli nazzjonali English qabel ma tivvjaġġa. Ir-regoli nazzjonali japplikaw ukoll għal annimali oħra.

Ikkuntattja l-operatur tal-mowbajl tiegħek biex tiċċekkja dwar it-tariffi tar-roaming tad-dejta jekk qed tippjana li tuża b'mod frekwenti l-mowbajl tiegħek, speċjalment għal web jew emails. Tista’ tistabbilixxi limitu speċifiku; inkella jiġi applikat difolt b’limitu ta’ €50 fix-xahar.

Iċċekkja l-Ewrotariffi English offruti mill-operaturi f’28 pajjiż tal-UE. L-ispejjeż għal meta jintbagħtu messaġġi jew għall-użu ta' servizzi ta' dejta jistgħu jitqabblu wkoll.

F’każ ta’ emerġenza ċempel 112 – Uża dan in-numru sabiex tikkuntattja s-servizzi ta’ emerġenza fi kwalunkwe pajjiż tal-UE minn kwalunkwe sett tat-telefown, mingħajr ħlas. L-operaturi jitkellmu varjetà ta’ lingwi English , jiddependi mill-pajjiż.

Agħraf id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier – kemm jekk se tivvjaġġa bil-ferrovija, bl-ajru, b'karozza tal-linja jew vapur fl-UE, jekk ikollok xi dewmien, kanċellazzjonijiet jew għandek ħtiġijiet speċjali minħabba mobilità mnaqqsa, ara x'inhuma drittijietek. App tal-mowbajl dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tista’ titniżżel b’xejn.

Għad għandek diffikultajiet? Ikkuntattja s-servizz ta' informazzjoni tal-Kummissjoni, Europe Direct biex issir taf aktar dwar dak li l-UE tista' tagħmel għalik. Il-mistoqsijiet jiġu trattati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Aktar dwar l-ivvjaġġar fl-Ewropa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli