Mogħdija tan-navigazzjoni

Enerġija aktar nadifa u aktar sikura għall-karozzi - 24/01/2013

Karozza pplaggjata f'sokit tal-elettriku © iStockphoto.com/Виталий Кривошеев

Proposti biex jissaħħaħ l-użu ta' fjuwils alternattivi għandhom jiżguraw li s-sewwieqa jkunu jistgħu jimlew it-tank tal-fjuwil jew jipplaggjaw ma' aktar pompi tal-petrol mal-UE kollha.

Jekk aktar xufiera jagħżlu li jużaw karozzi li jaħdmu bl-elettriku, bl-idroġenu u bil-gass naturali – minflok bil-petrol u d-diżil – dan għandu jgħin jagħmel l-UE kemm anqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet taż-żejt, kif ukoll biex tnaqqas mill-emissjonijiet tal-gass b'effett serra.

Madankollu, l-użu mifrux ta' fjuwils alternattivi qed jinżamm lura minħabba l-ispiża għolja tal-vetturi, l-aċċettazzjoni baxxa tal-konsumaturi, u n-nuqqas ta' pompi tal-elettriku għall-iċċarġjar u l-mili tat-tankijiet.

Biex jitneħħew dawn l-ostakoli, il-Kummissjoni qed tippjana li tistabbilixxi miri li jorbtu u standards komuni. Il-proposti ewlenin DeutschEnglishfrançais ikopru:

  • l-elettriku – għadd minimu ta' pompi tal-elettriku għall-iċċarġjar f'kull pajjiż u plagg standard biex b'hekk is-sewwieqa jkunu jistgħu jiċċarġjaw mill-ġdid kull fejn ikunu fl-UE
  • l-idroġenu – standards komuni għal manek tal-fjuwil u għal komponenti oħrajn fil-pompi tal-idroġenu f'14-il pajjiż tal-UE
  • il-gass naturali likwifikat – pompi tal-gass għat-trakkijiet kull 400 km tul in-netwerk magħqud tat-trasport Ewropew English ; pompi tal-gass għall-vapuri se jkunu meħtiġin ukoll f'139 port marittimu u 'l ġewwa mill-baħar tul in-netwerk
  • il-gass naturali kkompressat – pompi tal-gass aċċessibbli għar-rifjuwil, bi standards komuni, disponibbli għal karozzi ordinarji mal-Ewropa kollha tal-anqas kull 150 km sal-2020.

Il-pajjiżi tal-UE se jkunu jistgħu jimplimentaw dawn it-tibdiliet billi jadattaw il-liġijiet u t-taxxi lokali biex jitħeġġeġ l-investiment mis-settur privat. Jeżistu diġà fondi mill-UE biex jgħinu dawn it-tibdiliet.

ll-proposti ma jindirizzawx fjuwils alternattivi oħrajn li jużaw jew infrastruttura eżistenti (bijofjuwils u fjuwils sintetiċi) jew inkella li diġà għandhom l-infrastruttura ewlenija fil-post (gass ta' żejt likwifikat).

Żvilupp ta' netwerk modern

Madwar 84% taż-żejt użat mill-mezzi kollha tat-trasport hu importat (madwar €1 biljun kuljum fl-2011). Il-biċċa l-kbira tiegħu jinġieb minn reġjuni instabbli tad-dinja – provvista inċerta.

Il-qlib għal fjuwils aktar nodfa hu mod ovvju biex l-ekonomija Ewropea ssir aktar indipendent fl-enerġija.

Dan l-approċċ hu skont is-sett ta' suġġerimenti għat-trasport tal-Kummissjoni, li jistabbilixxi l-miri kemm biex tiżdied il-mobilità kif ukoll biex jiġu aktar integrati n-netwerks tat-trasport tal-UE sal-2050 – filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra.

Aktar dwar it-trasport English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli