Mogħdija tan-navigazzjoni

X'għandek tagħmel għal vaganza bla intoppi - 23/07/2012

Il-bnadar ta' 27 pajjiż membru tal-UE © UE

Il-ftehimiet tal-UE dwar il-fruntieri, il-kura medika, l-annimali tad-dar, it-tariffi tar-roaming u d-drittijiet tal-passiġġieri jagħmlu l-ivvjaġġar fl-Ewropa ħafna iktar faċli.

Ikollok bżonn passaport jew karta tal-identità – biex titla' fl-ajruplan, jew biex tidħol jew titlaq mill-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, Ċipru u r-Rumanija. Anke jekk qed tivvjaġġa bejn pajjiżi fiż-żona bla fruntieri tal-UE, xorta tkun idea tajba li ġġorr dawn id-dokumenti miegħek f’każ li jkollok bżonn tagħti prova tal-identità tiegħek għal kwalunkwe raġuni.

Ara li tieħu miegħek il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC). Meta tinsab fl-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, int intitolat għall-istess servizzi u benefiċċji tas-saħħa bħaċ-ċittadini tal-pajjiż li tkun qed iżżur.

Niżżel l-app dwar il-kura tas-saħħa fuq il-mowbajl biex taqra dwar id-differenzi fir-regoli bejn is-sistemi tal-kura tas-saħħa fil-pajjiżi differenti. Tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-EHIC, numri tat-telefown ta' emerġenza, il-kopertura, l-ispejjeż, ir-rimborż u lil min tikkuntattja f'każ li titlef jew tinsteraqlek il-karta.

Ġib passaport tal-annimali tad-dar għall-qtates, il-klieb – u l-inmsa! – li jivvjaġġaw miegħek. Dan juri li l-annimali huma mlaqqmin kontra r-rabja. Iċċekkja r-regoli nazzjonali English qabel ma tivvjaġġa. Ir-regoli nazzjonali japplikaw ukoll għal annimali oħra.

Ikkuntattja l-operatur tal-mowbajl tiegħek. Ir-regoli tar-roaming tal-UE English jipproteġuk minn "kont li jaħsdek" meta tuża l-mowbajl tiegħek barra minn pajjiżek. Tista' tiffissa limiti ogħla jew aktar baxxi jekk tippjana li tuża l-mowbajl ta' spiss, speċjalment għall-internet u l-email. It-tariffi tar-roaming għas-sejħiet u l-SMSs ġew limitati wkoll.

Ħu nota tan-numru tal-emerġenza tal-UE: 112. Ċempel dan in-numru f'każ ta' emerġenza. Jaħdem fi kwalunkwe pajjiż tal-UE u l-operaturi jitkellmu varjetà ta' lingwi DeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski , skont il-pajjiż.

Tafhom id-drittijiet bażiċi tiegħek bħala passiġġier tal-ajru jew tal-ferrovija? Tista’ tniżżel ukoll l-app il-ġdida tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri biex ikollok ir-risposta għall-problemi li jinqalgħulek fuq il-mowbajl tiegħek.

Uża s-servizz ta' informazzjoni tal-Kummissjoni Europe Direct, biex issir taf aktar dwar dak li l-UE tista' tagħmel għalik. Il-mistoqsijiet jiġu trattati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Barra l-UE għandek id-dritt għall-għajnuna minn ambaxxata jew konsolat ta' pajjiż ieħor tal-UE jekk pajjiżek ma jkunx rappreżentat fejn tkun tinsab.

Aktar dwar l-ivvjaġġar fl-Ewropa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli