
Jekk dan is-sajf qed tippjana btala f'pajjiż ieħor tal-UE, iċċekkja s-suġġerimenti tagħna li tista' tieħu miegħek għal vjaġġ mingħajr stress.
Bis-saħħa tal-ftehimiet tal-UE li jkopru l-fruntieri, l-annimali tad-djar, il-kura medika, l-ispejjeż tar-roaming u d-drittijiet tal-passiġġieri, l-ivvjaġġar fl-Ewropa qatt ma kien daqshekk faċli.
Qabel ma tmur:
-
Dejjem ġorr fuqek l-ID u l-passaport tiegħek - f'każ li jkun jeħtieġlek tipprova l-identità tiegħek (pereżempju meta tippreżenta ruħek qabel it-titjira). U jeħtieġlek turiha mal-fruntiera jekk tkun qed tivvjaġġa lejn jew mill-Irlanda, ir-Renju Unit, Ċipru jew ir-Rumanija, li ma jinsabux fiż-żona ħielsa mill-fruntieri tal-UE.
-
Il-qtates, il-klieb u l-inmsa jeħtiġilhom passaport għall-annimali tad-djar biex jivvjaġġaw miegħek. Dan għandu juri li l-annimal tiegħek tlaqqam kontra r-rabja. L-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Finlandja, Malta u l-Isvezja għandhom rekwiżiti addizzjonali għalhekk iċċekkja r-regoli nazzjonali
qabel ma tivvjaġġa. Ir-regoli nazzjonali attwalment japplikaw ukoll għal annimali oħrajn.
-
Ikkuntattja l-operatur tal-mowbajl tiegħek jekk qed tippjana li tuża b'mod frekwenti l-mowbajl tiegħek, speċjalment għal web jew emails. Meta l-ispejjeż tar-roaming tad-dejta tiegħek jilħqu €50, il-provveditur tiegħek għandu jwaqqaf is-servizz - biex jipproteġik minn "kont li jaħsdek". Iżda tista' tissettja livell aktar baxx jew ogħla qabel ma titlaq. L-UE stabbilixxiet ukoll limitu għat-tariffi tar-roaming għal sejħiet u għal SMSijiet
.
-
Ħu nota tan-numru ta' emerġenza tal-UE: 112. In-numru jaħdem f'kull pajjiż tal-UE u l-operatur jitkellem b'varjetà ta' lingwi





, dan jiddependi mill-pajjiż.
Fi triqtek
-
Kun af id-drittijiet bażiċi tiegħek bħala passiġġier tal-ajru jew tal-ferrovija fl-UE. Il-persuni b'diżabilità u dawk b'mobilità mnaqqsa għandhom drittijiet addizzjonali meta jużaw dawn il-modi ta' trasport.
Biex tkun taf aktar dwar dak li l-UE tista' tagħmel għalik, uża s-servizz ta' informazzjoni tal-Kummissjoni, Europe Direct. Il-mistoqsijiet jiġu ttrattati bil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE.
Aktar dwar l-ivvjaġġar fl-Ewropa.