Mogħdija tan-navigazzjoni

Viżjoni ta' Ewropa interkonnessa - 28/03/2011

Pjanijiet għal trasport iktar effiċjenti jagħqdu n-netwerks Ewropej tat-toroq, tal-ferroviji, tal-ajru u tal-ilma, inaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet taż-żejt u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra.

Pjan Ewropew ġdid fil-qasam tat-trasport DeutschEnglishfrançais għandu l-għan li jżid il-mobilità u jintegra iktar in-netwerks Ewropej tat-trasport - filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra u d-dipendenza tal-Ewropa fuq iż-żejt impurtat.

Miżuri li jħeġġu investimenti ewlenin fl-infrastrutturi, ibiddlu l-mod kif tiċċaqlaq il-merkanzija u kif jivvjaġġaw il-persuni għandhom jistimolaw il-kompetittività ekonomika u joħolqu l-impjiegi.

Il-pjan - b'għanijiet li għandhom jintleħqu sal-2050 - jiffukaw fuq l-ivvjaġġar fi ħdan l-ibliet u bejn l-ibliet, u fuq distanza twila. Il-pajn isejjaħ biex:

  • l-ibliet ineħħu gradwalment il-vetturi bil-petrol
  • 50% tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bit-toroq li jinvolvi vjaġġi bejn l-ibliet ta' iktar minn 300 km jibda jsir bil-ferrovija jew bl-ilma
  • il-linji tal-ajru jżidu għal 40% l-użu ta' karburanti sostenibbli b'livell baxx tal-karbonju
  • it-trasport bil-baħar inaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju b'40%.

Jekk jintleħqu dawn l-għanijiet l-UE tkun tista' tilħaq tnaqqis ta' 60% tal-gassijiet b'effett serra mill-mezzi kollha ta' trasport sal-2050.

Konnessjonijiet aħjar

Sistema li torbot bla xkiel il-mezzi tat-trasport bit-toroq, bil-ferrovija, bl-ajru u bl-ilma toħloq netwerk tat-trasport tal-UE iktar effiċjenti u tagħmilha iktar faċli għall-ivvjaġġar tal-persuni u tal-merkanzija.

Sal-2020, il-pajn għandu jkun ħoloq interkonnessjoni bejn is-sistemi Ewropej tal-informazzjoni, il-ġestjoni u l-pagament tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Sal-2050, l-ajruporti kollha ewlenin (preferibbilment) għandu jkollhom konnessjonijiet ta' veloċità kbira għan-netwerk tal-ferrovija. Il-portijiet kollha ewlenin għandhom ikunu konnessi man-netwerk tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u fejn possibbli, mal-kanali tal-ilma interni.

Fl-istess ħin, l-UE trid testendi u tikkoordina l-prinċipji "l-utent iħallas" u "min iniġġes iħallas" biex tiffinanzja l-infrastruttura tat-trasport.

Miżuri oħra għandhom:

  • jinkuraġġixxu teknoloġiji ta' magni ġodda, sistemi ta' ġestjoni tal-karburanti u t-traffiku
  • jikkoordinaw sal-2020 il-ġestjoni tas-sistemi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru permezz tal-programm tal-UE Ajru Uniku Ewropew English , u l-estensjoni ta' dan għal Spazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni ta' 58 pajjiż
  • jużaw sistemi intelliġenti ta' ġestjoni tat-trasport
  • inaqqsu b'nofs l-imwiet fit-toroq sal-2020 biex sal-2050 ma jkun hemm kważi ebda mwiet fit-toroq

It-trasport hu vitali għall-ekonomija, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kwalità ta' ħajjitna. L-industrija timpjega direttament 10 miljun persuna u tipprovdi madwar 5% tal-prodott gross domestiku tal-UE. Familja medja tonfoq 13% tal-baġit tagħha fuq it-trasport.

Iktar dwar it-trasport English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli