Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan tal-UE għas-sikurezza fit-toroq għall-10 snin li ġejjin - 20/07/2010

L-UE ġġedded il-mira tagħha li tnaqqas bin-nofs ir-rata tal-imwiet annwali fit-toroq.

Fl-2009, mietu 35,000 persuna f'inċidenti tat-traffiku fl-UE - 36% inqas mill-2001, meta għall-ewwel darba l-Kummissjoni stabbiliet il-mira tagħha li tnaqqas ir-rata tal-imwiet annwali b'50%. Iż-żgħażagħ u l-motoċiklisti huma dawk li jinsabu fl-ogħla riskju.

Il-veloċità żejda, is-sewqan wara l-konsum tal-alkoħol u li ma jintlibisx is-seatbelt huma fost il-kawżi ewlenin għall-imwiet fit-toroq. Iżda vetturi mhux sikuri u toroq f'kundizzjonijiet ħżiena jippreżentaw ukoll riskji mhux neċessarji. Il-programm българскиčeštinadanskeesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska il-ġdid tal-UE jindirizza dawn il-kwistjonijiet kollha.

Fuq l-għaxar snin li ġejjin:

• se jidħlu fis-seħħ regoli ġodda li jirrikjedu li iktar vetturi jkunu mgħammra b'sistemi awtomatiċi ta' twissija, inkluż għall-veloċità żejda jew meta toħroġ mil-lejn tiegħek.

• il-finanzjament tal-UE se jmur biss għal bini ta' toroq li jikkonformaw mal-liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq.

• l-UE se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali biex tfassal strateġija komuni ta' edukazzjoni u taħriġ għall-utenti tat-toroq.

• se jsir iktar sforz biex il-muturi jsiru iktar sikuri. Fis-snin reċenti l-għadd ta' mwiet fit-toroq naqas għall-mezzi kollha ta' trasport ħlief għall-motoċiklisti. Kull sena, madwar 17% tal-imwiet fit-toroq jikkonċernaw il-muturi għalkemm dawn jirrappreżentaw biss 2% tal-utenti tat-toroq.

Skont stħarriġ Englishfrançais reċenti tal-UE, l-Ewropej jaħsbu li għandu jsir aktar biex jonqsu l-inċidenti tat-traffiku. Ħafna minn dawk mistħarrġa jaħsbu li l-azzjoni tal-gvern għandha tiffoka fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tat-toroq u fuq l-infurzar tal-liġijiet tat-traffiku.

Erba' pajjiżi biss - il-Latvja, Spanja, l-Estonja u l-Portugall - irnexxielhom inaqqsu r-rata ta' mwiet annwali tagħhim b'50% mqabbla mal-2001. L-għadd ta' mwiet żdied fir-Rumanija u f'Malta.

Ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Iżvezja kellhom ir-rata ta' mwiet l-iktar baxxa fl-2009. Il-Greċja u r-Rumanija kellhom l-ogħla rata.

 

Sikurezza fit-toroq - azzjoni tal-UE българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli