Mogħdija tan-navigazzjoni

Id-drittijiet tal-ivvjaġġar tal-UE - serħan il-moħħ għall-passiġġieri kollha - 08/07/2010

Dell ta' grupp ta' passiġġieri bil-bagalji © UE

It-turisti fl-UE li jivvjaġġaw bl-ajruplan jew bil-ferrovija huma protetti minn firxa wiesa' ta' drittijiet tal-konsumatur. Il-passiġġieri tal-karozzi tal-linji u tal-vapuri dalwaqt jingħataw l-istess livell ta' protezzjoni.

Erbgħa minn kull ħames Ewropej qegħdin jippjanaw li se jmorru fuq vakanza din is-sena, skont min għamel l-istħarriġ. Jivvjaġġaw b'liema mezz jivvjaġġaw - ajruplan, ferrovija, karozza tal-linja jew vapur, jistgħu jkunu ħerqana għall-vjaġġ tagħhom mingħajr ma joqgħodu jinkwietaw wisq dwar dewmien tat-titjira jew ferroviji kkanċellati - grazzi għad-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri.

Il-passiġġieri tal-ajru issa ilhom protetti mhux ħażin fuq it-titjiriet lil hemm u lura d-dar. Jekk it-titjira tagħhom ikollha dewmien ta' sagħtejn jew fuqhom il-passiġġieri għandhom dritt għal ikel u xorb. Jekk id-dewmien ikun ta' 5 sigħat jew iktar, jew it-titjira tkun ikkanċellata, il-passiġġieri jistgħu jagħżlu li jieħdu rimborż tal-prezz tal-biljett tagħhom fi żmien sebgħat ijiem, titjira bir-ritorn jew mezz ta' trasport alternattiv għad-destinazzjoni tagħhom. Jekk it-titjira tkun posposta għall-ġurnata ta' wara, il-passiġġieri huma intitolati għal lejl fl-lukanda.

Ħafna nies użaw dawn id-drittijiet f'April meta sħaba ta' rmied English ġganteska minn vulkan Iżlandiż għalqet l-ispazju tal-ajru Ewropew għal madwar ġimgħa u ħalliet 10 miljun ruħ l-art.

Il-passiġġieri tal-ferrovija issa għandhom drittijiet simili għal dawk tal-ajru - l-UE introduċiet regoli ġodda s-sena l-oħra. Qabel, waqt u wara l-vjaġġ tagħhom, dawk li jivvjaġġaw huma intitolati għal informazzjoni sħiħa dwar l-irħas biljett, ir-rotot li jwasslu l-iktar malajr, l-aħjar konnessjonijiet u l-aċċess għall-ferroviji u l-istazzjonijiet. Għal dewmien ta' bejn siegħa u sagħtejn, jistgħu jitolbu 25% rimborż tal-biljett tagħhom - u 50% rimborż għal dewmien ta' sagħtejn jew iktar.

Il-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija għandhom ikunu kkumpensati għal telf jew ħsara tal-bagalji - sa €1,220 għal min jivvjaġġa bl-ajru u €1,300 għal min jivvjaġġa bil-ferrovija.

Passiġġieri tal-karozzi tal-linja English u tal-vapuri English dalwaqt jingħataw protezzjoni iktar b'saħħitha wkoll, sabiex ikollhom l-istess drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija u tal-ajru. Mill-2012, il-passiġġieri tal-vapuri se jkunu ntitolati għall-kumpens għal dewmien ta' 90 minuta jew aktar. Id-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-karozzi tal-linja għad iridu jiġu ffinalizzati.

Il-ferroviji u l-ajruplani diġà għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'inqas mobbiltà English . L-aċċess għall-karozzi tal-linja u l-vapuri għandu wkoll ikun dritt - sabiex kulħadd ikun jista' jgawdi minn vakanza mingħajr problemi.

Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE English

It-12-il parir tal-UE l-iktar utli għall-passiġġieri Englishitaliano

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli