Mogħdija tan-navigazzjoni

Ewropa kalamita: Pjanijiet kbar għall-industrija tat-turiżmu - 02/07/2010

Sopot, lokalità turistika ewlenija fil-Polonja © EU

Strateġija ġdida biex jiġi inkuraġġit it-turiżmu fl-Ewropa - biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ ta' industrija li diġà għandha rwol importanti fl-ekonomija.

Il-pjan ta' żvilupp għat-turiżmu DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni fih 21 proposta, bosta minnhom immirati biex jattiraw aktar turisti lejn l-Ewropa minn pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod mgħaġġel bħaċ-Ċina, ir-Russja u l-Brażil. Apparti dan, hu juri mezzi kif għandu jiżdied l-ivvjaġġar fl-UE, inkluża aktar koordinazzjoni ta' vaganżi skolastiċi biex jitwal l-istaġun tal-vaganzi.

"Il-Kummissjoni Ewropea trid li turi t-triq billi taħdem ħalli jingħata nifs ta' ħajja ġdida lil dan is-settur vitali," qal, Antonio Tajani, il-Kummissarju għall-industija u l-intraprenditorija, waqt konferenza tal-aħbarijiet.

It-turiżmu jiġġenera aktar minn 5% tal-PGD tal-UE. L-industrija timpjega madwar 9.7 miljun persuna - 5.2% tal-forza tax-xogħol. L-Ewropa tattira aktar turisti minn kull reġjun ieħor, b'ħames pajjiżi mill-UE li kienu fost l-ogħla 10 destinazzjonijiet is-sena l-oħra.

Iżda l-Ewropa qed tiffaċċja kompetizzjoni dejjem tiżdied, speċjalment mill-Ażja u l-Amerika t'Isfel. Is-settur hu wkoll taħt pressjoni minn popolazzjoni li qed tixjieħ u mit-tibdil fil-klima - u għadu affettwat bl-inżul u bit-tluq tal-istaġuni.

Il-Kummissjoni qed tipproponi skema ta' tikketti biex jingħata għarfien lil servizzi bi kwalità għolja. Hi qed tippjana wkoll li tistabbilixxi Karta bi kriterji għal turiżmu sostenibbli u li jingħata premju lid-destinazzjonijiet li jirnexxilhom jagħmlu dan.

Biex jiġi promoss is-safar u t-turiżmu, se tinkuraġġixxi użu aħjar ta' teknoloġija - inkluż servizzi ta' bbukkjar ċentralizzati aċċessibbli permezz tal-mowbajl - u aktar turiżmu bbażat fuq tema (spas, mawriet gastronomiċi, vaganzi sportivi, eċċ.)

L-UE għandha wkoll tagħmel aktar sforz biex is-siti turistiċi jkunu aktar aċċessibbli għal persuni b'mobilità mnaqqsa, flimkien mal-aġġustament ta' servizzi għal klijentela ixjaħ.

Is-sena l-oħra, bl-ekonomija f'reċessjoni, l-għadd ta' turisti li żaru l-Ewropa naqas b'madwar 6% meta mqabbel mal-2008. Reġjuni oħra rreġistraw nuqqas ukoll, bl-Afrika nnotata bħala eċċezzjoni.

Aktar dwar il-politika tat-turiżmu tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli