Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħmlu l-karozzi tal-Ewropa aktar ambjentali - 28/04/2010

Proposti tal-UE biex jiġi żviluppat is-suq għal karozzi effiċenti li jħammġu inqas.

Il-Kummissjoni tat spinta lill-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u ħabbret illum pjanijiet English biex tippromwovi l-iżvilupp ta' netwerk ta' stazzjonijiet ta' vultaġġ għoli aċċessibbli għal kulħadd madwar l-Ewropa. Għandha l-għan ukoll li tipproduċi standards Ewropej tekniċi u ta' sigurtà għal dawn l-istazzjonijiet sal-2011.

Il-pjan huwa parti minn strateġija ġenerali ġdida biex jiġu introdotti aktar karozzi ambjentali fis-suq. Dan huwa meqjus kruċjali għall-industrija tal-karozzi u biex l-Ewropa ma tibqax tiddependi fuq iż-żejt. Il-metodu jilqa' vetturi effiċjenti bil-petrol, kif ukoll karozzi li jaħdmu bl-elettriku u mudelli li jaħdmu bil-gass naturali, bijofjuwils u idroġenu.

Il-Kummissarju tal-Industrija Antonio Tajani qal li l-industrija tal-karozzi waslet f'"fażi ta' definizzjoni" għas-suċċess fil-ġejjieni. Skont il-Kummissarju l-istrateġija tikseb bilanċ bejn kompetittività ekonomika u għanijiet ambjentali.

Id-dinja tidher li tinsab fil-punt ta' revoluzzjoni tal-vetturi, u d-domanda globali għal karozzi tajbin għall-ambjent mistennija tikber sew fis-snin li ġejjin. It-tendenza tirrifletti tħassib dwar l-impatt li għandhom karozzi tradizzjonali fuq it-tisħin globali, indikazzjoni li ż-żejt qed jispiċċa u, li fl-UE u xi reġjuni oħra industrijali, ta' dependenza fuq żejt barrani.

Domanda akbar għal karozzi li ma jħammġux u effiċjenti hija opportunità kbira għal industrija li qed toħroġ mill-agħar kriżi f'għexur ta' snin. Iżda dawk li jfasslu l-politika u l-esperti tal-industrija jaqblu li mingħajr strateġija koerenti u livell għoli ta' koordinazzjoni fost il-parijiet interessati, it-trasport ambjentali jista' jsibha diffiċli jaqbad fl-Ewropa.

Il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku huma prominenti fl-istrateġija għax l-UE diġà introduċiet standards għal karozzi oħra li jużaw fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, l-iskoperti teknoloġiċi, bħall-batteriji li jdumu jaħdmu aktar wara li jiġu ċċarġjati, għenu biex il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku jsiru aktar attraenti f'għajnejn il-konsumatur - u eqreb tal-promozzjoni tal-massa minn xi wħud mill-kompetituri ambjentali.

Għadd ta' pajjiżi tal-UE - speċjalment Franza, Spanja, il-Ġermanja, il-Portugall u d-Danimarka - qed isegwu trasport bl-elettriku fuq livell kbir, f'ċertu każi qed iħajru lill-konsumaturi b'xi bonusijiet u għajnuna fit-taxxa. Iżda l-konsumaturi jistgħu jitgerrxu jekk, pereżempju, il-plaggijiet u s-sokits ma jkunux l-istess madwar l-Ewropa kollha.

Fl-UE t-trasport jirrappreżenta madwar kwart tal-emissjonijiet tad-djossidju tal-karbonju, CO2 - gass b'effett serra ewlieni. Is-sena l-oħra fl-UE kien hawn żieda ta' 59% fid-domanda għal karozzi bl-inqas emissjonijiet CO2 possibbli - l-akbar żieda li qatt ġiet irreġistrata.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli