Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar favur l-ambjent, inqas traffiku fil-belt - 30/09/2009

Xarabank ġo pjazza f'Hasselt, il-Belġju © EC

Pjan ġdid tal-UE għal trasport lokali aktar effiċjenti u sostenibbli.

'Il fuq minn 70% tal-popolazzjoni tal-UE tgħix f'żona urbana u 9 minn 10 persuni jsostnu li t-traffiku fejn jgħixu jeħtieġ li jitmexxa aħjar.

Il-konġestjoni u l-inċidenti huma sinjali ċari ta' tmexxija dgħajfa tat-traffiku. Fil-fatt wieħed minn kull tlett inċidenti fatali fit-toroq iseħħ ġo belt jew fl-inħawi. Mandankollu hemm spejjeż oħra involuti. Madwar 40% tal-emissjonijiet tas-CO2 u 70% ta' emissjonijiet oħra mit-trasport bit-triq joħorġu mit-traffiku li jiċċirkola fl-irħula u l-ibliet.

L-UE fasslet pjan ta' azzjoni b'20 miżura biex it-trasport urban isir aktar sostenibbli u effiċjenti matul l-erba' snin li jmiss. Il-miżuri jinkludu fost l-oħrajn drittijiet imtejba għal min juża t-trasport pubbliku biex jitkattar il-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar il-vetturi li ma jniġġsux.

It-titjib fit-trasport urban se jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għat-titjib tas-saħħa pubblika u għat-tnaqqis tal-iżbilanċ ekonomiku bejn ir-reġjuni.

Aktar dwar trasport urban nadif

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli