Mogħdija tan-navigazzjoni

Passiġġieri bil-bagalji f'ajruport fil-Ġermanja © Reporters

Il-bagalji mitlufa għadhom ta' uġigħ ta' ras għall-passiġġiera fl-Ewropa.

'Il fuq minn 12,000 bagalja jintilfu minn ajruporti Ewropej kuljum waqt l-ewwel disa' xhur tal-2008 - 16% inqas mis-snin ta' qabel iżda, skont il-Kummissarju tat-Trasport Antonio Tajani, xorta waħda dan huwa "ammont esaġerat u inaċċettabbli".

Huwa stqarr li jista' jkun hemm bżonn ta' regoli ġodda li jaffettwaw l-Unjoni kollha sabiex tinsab soluzzjoni għal din il-problema frustranti għall-passiġġieri u ta' spiża għall-industrija.

Għal kull 1,000 passiġġier, naqsu 14-il basket fl-UE, meta mqabbel ma' ħamsa fl-Istati Uniti. Bosta drabi, il-basket qatt ma jkun wasal fuq l-ajruplan jew ikun tgħabba fuq ajruplan ieħor.

Skont iċ-ċifri tal-industrija, 4.6 miljun basket ittardjaw fl-ajruporti tal-UE bejn Jannar u Ottubru 2008. Fl-2007, in-numru kien ta' 6.2 miljun.

F'dawn l-aħħar snin, l-UE saħħet id-drittijiet tal-passiġġieri, kif tispjega l-lista ta' pariri Englishfrançaisitaliano dwar kif wieħed jista' jgawdi l-vaganzi tas-sajf bla problemi. Il-lista tfakkar lil min jivjaġġa dwar in-numru telefoniku tal-emerġenza - 112 - u tinkludi tagħrif dwar ir-regoli ta' sigurezza fl-ajruporti u d-drittijiet tal-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu minħabba biża li jkollhom l-influwenza l-ġdida.

Id-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE

L-aqwa 10 għall-passiġġieri fl-UE Englishfrançaisitaliano

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli