Mogħdija tan-navigazzjoni

Xarabank jagħmel ir-rotot fil-Lussemburgu

L-UE taġixxi biex tesdendi d-drittijiet tal-passiġġieri għall-ivvjaġġar bix-xarabank u l-vapur.

Taħt l-abbozz tal-liġijiet ġodda, in-nies li jivvjaġġaw bix-xarabank jew il-vapur igawdu l-istess drittijiet bħall-passiġġieri tal-ajruplan jew ferrovija. Dawn jinkludu d-dritt tal-ikel, l-akkomodazzjoni f'lukanda u s-servizzi alternattivi jekk il-vjaġġ jiġi kkanċċellat jew interrott. Dawk il-kumpaniji li jonqsu milli jsegwu jkollhom jagħtu rimbors lill-passiġieri tal-anqas parti mill-biljett tagħhom.

Passiġġeri diżabbli u persuni oħra b'mobilità limitata jkunu intitolati għal assistenza mingħajr ħlas matul il-vjaġġ tagħhom. Barra minn hekk l-operaturi jkunu responsabbli jekk il-bagalja tintilef jew issirilha l-ħsara jew jekk passiġġier iweġġa jew imut matul il-vjaġġ.

Il-passiġġieri jkollhom ukoll id-dritt għal ċertu informazzjoni dwar il-vjaġġ tagħhom u għal proċeduri effettivi ta' lmenti. Il-kumpaniji jkollhom xahrejn ċans biex jikkontestaw it-talba tal-passiġġier qabel ma tkun ikkunsidrata aċċettata.

Mill-2005 il-passiġġieri tal-ajru u tal-ferroviji gawdew l-istess tip ta' drittijiet English. Għal-linji tal-ajru, il-konformità mar-regoli tiswielhom madwar 60 ċenteżmi ewro għal kull passiġġier. L-ispejjeż huma mistennija li jkunu nqas għall-operaturi tax-xarabanks u l-vapuri. Sabiex jissolvew il-problemi jiġu stabbiliti entitajiet nazzjonali indipendenti. Ir-regoli jkunu japplikaw kemm għar-rotot domestiċi u internazzjonali.

"L-UE ma tistax tissogra livelli different ta' drittijiet għall-passiġġieri skont b'liema mod ta' trasport jivvjaġġaw", qal il-Viċi President tal- Kummissjoni Antonio Tajani li huwa responsabbli għat-trasport. "Permezz ta' dawn iż-żewġ regolamenti ġodda, se nkopru l-modi kollha tat-trasport."

Il-proposti se jgħollu l-istandards għaż-żewġ modijiet ta' trasport - xi ħaġa li s-suq ħieles ma rnexxilux jagħmel.

Sadatant il-Kummissjoni qed tħejji rapport dwar jekk il-linji tal-ajru humiex qed japplikaw ir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Is-Sur Tajani ħabbar l-intenzjoni tiegħu li kmieni s-sena d-dieħla jibda azzjoni kontra l-pajjiżi li jonqsu li jinfurzaw il-liġijiet fuq il-protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli