Mogħdija tan-navigazzjoni

Mobilità ekoloġika - 12/09/2008

Mijiet ta' rħula u bliet qed iwaqqfu ċ-ċrikolazzjoni tal-karozzi f'xi wħud mit-toroq l-aktar traffikużi għal ġurnata waħda biex taqta' qalb in-nies milli jsuqu.

Il-ġurnata mingħajr karozzi tagħmel parti minn kampanja tal-UE li ddum ġimgħa. Din il-kampanja tippromwovi forom ta' trasport ekoloġiku.

Il-ġimgħa Ewropea tal-mobilità Englishfrançais li issa tinsab fis-seba' sena minn dejjem kienet suċċess. Il-kampanja ta' din is-sena mistennija tattira folla akbar minħabba ż-żieda tal-prezzijiet tal-fjuwil u ż-żieda fit-tħassib dwar it-tibdil klimatiku. L-idea qed tiġi segwita f'partijiet oħra tad-dinja.  Din id-darba se jieħdu sehem Seoul, Tokyo u Montreal.

It-tema ta' din is-sena hija arja nadifa.Il-karozzi u l-vannijiet joħolqu l-biċċa l-kbira tat-tniġġiż tal-arja fiż-żoni urbani. Din hija theddida serja għas-saħħa - id-dħaħen ġew relatati ma' serje sħiħa ta' mard.

Mis-16 sat-22 ta' Settembru, se jsiru avvenimenti biex jinfurmaw lill-poplu dwar l-effetti ħżiena tad-dħaħen tal-karozzi. Bosta bliet se jaħtfu l-opportunità biex jintroduċu servizzi tat-trasport pubbliku, żoni pedonali jew passaġġi għar-roti ġodda jew imtejba.

Il-belt Fraċiża ta' Marseilles se tivvaluta l-kwalità tal-arja fi skola kintergarten u ta' ċentru soċjali ħdejn triq prinċipali traffikuża. Matul bosta ġimgħat se jinġabru u jiġu analizzati kampjuni tal-arja. Ir-riżultati se jitħabbru matul il-ġimgħa tal-mobilità.

Band'oħra:

  • Żagreb se torganizza ġurnata edukattiva, li tinkludi wirja ta' kif jaħdmu l-għodod li jkejlu l-kwalità tal-arja
  • Reykjavik qed torganizza fiera madwar il-belt dwar it-trasport effiċjenti u l-arja nadifa
  • Brussell qed tiddedika kull ġurnata tal-ġimgħa għal mezz differenti ta' trasport, bħall-mixi u ċ-ċikliżmu

 

F'bosta bliet, il-qofol tal-ġimgħa tal-mobilità hija l-ġurnata mingħajr il-karozzi, meta l-karozzi privati huma pprojbiti minn xi toroq traffikużi. Dan huwa ċans rari għal persuni li jimxu jew ċiklisti biex ikollhom it-toroq għall-użu liberu tagħhom, fejn normalment ikunu minħuqa bit-traffiku.

Il-projbizzjoni tal-karozzi għal ġurnata mhux biss tnaqqas it-tniġġiż tal-arja. Kampanji preċendenti iffukaw fuq toroq aktar siguri għat-tfal, aċċess urban imtejjeb u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra.

Agħti ħarsa lejn l-attivitajiet viċin tiegħek! English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli