Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-vaganzi fl-Ewropa qatt ma kienu daqshekk faċli - 04/08/2008

Nies jixxemxu

Se tmur vaganza fl-Ewropa das-sajf? Li titlaq għal xi ġimgħa ta' xemx u kultura saret ħaġa ħafna inqas ikkumplikata milli kienet qabel.

Mingħajr kontrolli fil-fruntieri fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, munita komuni f’ħafna minnhom u liċenzji tas-sewqan validi fl-UE kollha, l-ivjaġġar fl-Ewropa sar ħafna inqas ikkumplikat milli kien sa ftit taż-żmien ilu.

Kemm fil-bajjiet ta' l-Ewropa, kif ukoll fil-muntanji jew l-ibliet storiċi, il-biljett x'aktarx se jiswik inqas ukoll minn meta tnediet il-leġiżlazzjoni li temmet il-monopolji ta’ l-ajru u tat spinta lill-kompetizzjoni. U bħala passiġġier, issa għandek drittijiet skont il-liġi ta’ l-UE meta t-titjira tiegħek tittardja jew titħassar, jew meta l-bagalji tiegħek jintilfu jew ikollhom xi ħsara English.

M’għadx hemm il-bżonn li toqgħod iġġorr ruxxmata travellers’ cheques jew ħafna flus miegħek meta tivjaġġa fl-Ewropa. Fil-fatt, jekk tgħix f’pajjiż bl-ewro, it-tariffi biex tiġbed il-flus jew tħallas bil-kard EnglishfrançaisDeutsch f’pajjiż ieħor taż-żona ewro ma jkunux aktar għoljin minn f’pajjiżek.

L-ispiża biex iżżomm kuntatt bil-mowbajl ma' sħabek u qrabatek minn pajjiż għal ieħor naqset is-sena l-oħra. U għandu jonqos il-prezz tal-messaġġi wkoll.

Dawk in-nies li jħobbu jmorru f’postijiet maqtuha għal kollox mid-dinja jistgħu jserrħu rashom għax jafu li b’numru tat-telefown wieħed – 112 English – jistgħu jaqbdu mas-servizzi ta’ l-emerġenza ikunu fejn ikunu fl-UE. U meta xi ħaġa tmur ħażin, iċ-ċittadini kollha ta’ l-UE huma intitolati għal kura tas-saħħa b’xejn waqt il-vaganzi f’kull wieħed mis-27 pajjiż ta’ l-UE.

Grazzi għall-passaport ta' l-annimali domestiċi l-ġdid tista’ ssiefer lil Fufu miegħek.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli