Mogħdija tan-navigazzjoni

Id-dwana - il-gwardjana ta' l-UE - 01/07/2008

Kelb ta' l-għassa jiċċekkja munzell bagalji

Fl-aħħar erbgħin sena, l-uffiċjali tad-dwana  kellhom rwol kruċjali iżda ta' spiss ħidmiethom għall-ħarsien taċ-ċittadini ta' l-UE u l-iffaċilitar tal-kummerċ ma tidirx.

Fl-1 ta' Lulju 1968, sitt pajjiżi – il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Olanda – permezz ta' unjoni doganali Ewropea DeutschEnglishespañolfrançaisitalianomagyarpolski neħħew l-aħħar dazji minn fuq il-moviment ta' oġġetti bejniethom.

Minbarra t-tneħħija tal-barrieri tal-kummerċ bejn il-pajjiżi membri li eventwalment saru l-Unjoni Ewropea, l-unjoni dogali stabbiliet tariffa komuni fuq l-oġġetti kollha li jidħlu minn dawn il-pajjiżi.

L-unjoni doganali wittiet it-triq għall-Ewropa lejn integrazzjoni u tkabbir ekonomiku aktar sod. Erbgħin sena wara, l-UE hija l-ikbar blokk kummerċjali dinji, li jikkontribwixxi għal madwar 20% mill-kummerċ dinji. Madankollu l-intergrazzjoni ekonomika ma kinitx tkun possibbli mingħajr dwana effiċjenti fil-fruntieri esterni ta' l-UE.

Aktar minn 140,000 persuna huma mpjegati mad-dwana. Dawn għandhom rwol strateġiku fis-sorveljanza tal-fruntieri esterni ta' l-UE u l-assigurazzjoni tas-sigurtà u s-sikurezza ta' l-Ewropej.

Kull sena, id-dwana ta' l-UE teżamina madwar 1,600 miljun tunnellata merkanzija bil-vapur u madwar 8 miljun tunnellata bl-ajru. L-uffiċjali doganali jeżaminaw madwar 183 miljun dikjarazzjoni doganali – bejn wieħed u ieħor sitta kull sekonda.

Illum il-ġurnata, 27 servizz nazzjonali doganali jaħdem mill-qrib ma' aġenziji oħra li jinfurzaw il-liġi, l-industrija u l-imsieħba kummerċjali ewlenin ta' l-UE biex jilħqu l-isfidi tal-kummerċ globali li kull ma jmur qed jiżdied: Il-ħarsien ta' persuni minn prodotti perikolużi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u l-kuntrabandu.

Il-Kummissjoni qed tagħtihom appoġġ permezz ta' l-introduzzjoni ta' tekniki moderni għal ġestjoni ta' riskju u l-ħolqieni ta' ambjent elettroniku (mingħajr l-użu ta' karti) għall-kummerċ u d-dwana, l-aġġustament tal-liġijiet ta' l-UE sabiex jakkomodawha.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli