Mogħdija tan-navigazzjoni

Titjir bla rażan - 28/03/2008

Ajruplan itir f'sema blu

F'era ġdida ta' l-ivvjaġġar bl-ajru qed jitneħħew il-kontrolli fl-ajruport bejn bosta mill-pajjiżi ta' l-UE kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq titjiriet transatlantiċi .

Ftit xhur biss wara li ż-żona ta' l-UE mingħajr il-passaport DeutschEnglishfrançais fetħet il-bibien tagħha lejn il-Lvant biex tinkludi disa' pajjiżi oħra, il-kontrolli fl-ajruporti tneħħew ukoll (30 ta' Marzu).

Issa, għall-Ewropej li jivvjaġġaw bejn l-24 pajjiż involut – kemm jekk bl-ajru, bil-baħar jew bl-art - il-kontrolli mal-fruntiera huma oġġett tal-passat. Filwaqt għall-persuni li jżuru l-UE DeutschEnglishfrançais jeħtieġu viża waħda biss biex iżuru dawn l-istati kollha.

L-iffaċilitar fl-ivvjaġġar mhux qed isseħħ biss f'din il-parti ta' l-Atlantiku. Persuni li jivvjaġġaw bl-ajru se jgawdu mill-ftehim open skies Englishfrançais li daħal fis-seħħ bejn l-UE u l-Istati Uniti. F'suq li jammonta għal 60% tat-traffiku dinji, permezz ta' dan il-ftehim (iffirmat ma' l-Istati Uniti fit-30 ta' April 2007) it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq it-titjiriet, huwa mistenni li matul l-ewwel ħames snin tiegħu jiġġenera aktar minn €15 biljun f'benefiċċji għall-konsumaturi, kif ukoll 80 000 impjiegi ġodda fl-UE u l-Istati Uniti f'daqqa.

L-ivvjaġġar transatlantiku mhux se jibqa jitqies bħala privileġġ ħali għal ftit linji ta' l-ajru fortunati. Minflok, il-linji ta' l-ajru ta' l-UE u l-Istati Uniti se jkunu ħielsa biex itiru lejn ajruporti fit-territorji reċiproċi u minn hemm lejn destinazzjonijiet oħra. Il-Kummissarju ta' l-UE għat-trasport DeutschEnglishfrançais Barrot faħħar il-ftehim bħala “pass sostanzjali 'l quddiem fl-avjazzjoni internazzjonali" u qal li diġà qed jinġabar il-frott.

Il-ftehim jagħmel parti mill-pjan ġenerali ta' l-UE biex sa l-2010 tinħoloq żona komuni għall-avjazzjoni Englishfrançais li tinkludi l-ġirien tagħha tal-Mediterran u l-pajjiżi li jinsabu l-aktar fil-Lvant, kif ukoll l-Istati Uniti. Dawn ir-relazzjonijiet aktar mill-qrib se jwasslu għal aktar minn sempliċi swieq miftuħa – se jippermettu wkoll lill-UE biex tassigura standards ta' sigurtà ogħla għall-ivvjaġġar internazzjonali.

In-negozjati fuq it-tieni ftehim open skies se jibda fl-aħħar ta' Mejju, għall-konsolidazzjoni tas-suq tat-trasport ta' l-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti hekk kif jieħu l-għamla tiegħu u jintroduċi aktar liberalizzazzjoni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli