Mogħdija tan-navigazzjoni


 Żgħażagħ ġo convertible

L-ebda ħniena għas-sewqan perikoluż barra l-pajjiż

Fl-Ewropa, tliet kwarti mill-imwiet b'kawża tas-sewqan huma kkawżati mill-veloċità, xorb, nuqqas ta' attenzjoni għat-traffic lights u meta ma jintużax iċ-ċintorin tas-sigurtà.Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, jekk tagħmel xi ħaġa minn dawn l-affarijiet barra 'l pajjiż fejn hi reġistrata l-karozza tiegħek, ma tiġix mħarrek minkejja li tista' tispiċċa toqtol lil xi ħadd.Dan wasal biex jinbidel.

L-aħħar inizjattiva ta' l-UE dwar is-sigurtà fit-toroq timmira li tagħmel il-persuna li tkun qed issuq responsabbli għall-imġieba tagħha waqt is-sewqan permezz ta' qafas legali ġdid appoġġjat minn netwerk ta' skambji ta' data biex ikunu jistgħu jiġu identifikati x-xufiera madwar l-UE.

L-UE għandha għan li sa l-2010 tnaqqas bin-nofs in-numru ta' l-imwiet fit-toroq. Dan iddeċidietu meta fl-2001 mietu 54,000 persuna fit-toroq Ewropej.Minkejja l-progress li sar, fl-2007 mietu 43,000 persuna, jiġifieri ekwivalenti ta' ħames ajruplani jikkraxxjaw fl-Ewropa kull ġimgħa.

S'issa, il-miżuri li qegħdin jittieħdu kellhom effett limitat.Fl-2003, il-Kummissjoni introduċiet xi prattiċi għall-monitoraġġ ta' l-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku.Sa minn dak iż-żmien 'il hawn, ix-xejriet urew li linjigwida bħal dawn ma jwasslux għar-riżultati mixtieqa.

Il-proposti l-ġodda mistennija jnaqqsu radikalment in-numru ta' mwiet fit-toroq.

Mistoqsijiet u tweġibiet Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli