Mogħdija tan-navigazzjoni

"Clean Sky" jibda l-vjaġġ tiegħu - 05/02/2008

Strixxa ta' fwar minn ajruplan fis-sema blu

L-inizjattiva teknoloġika konġunta "Clean sky" (sema nadif) tgħaqqad partenarjati pubbliċi u privati bl-għan li jiġu żviluppati mezzi ta' trasport bl-ajru li jirrispettaw l-ambjent, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Is-settur ta' l-avjazzjoni qed iħabbat wiċċu ma' diversi sfidi. Bħalissa l-kontribuzzjoni tiegħu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra huwa ta' 3 %, b'ċans li jiggrava minħabba ż-żieda fit-traffiku ta' l-ajru. It-trasport bl-ajru huwa wieħed mis-sorsi prinċipali tat-tniġġis ta' l-istorbju. Fl-aħħarnett, l-industrija ta' l-aeronawtika Ewropea kontinwament issib kompetizzjoni dinjija aktar b'saħħitha.

L-Unjoni Ewropea imponiet l-għan li tagħmel enfasi fuq partenarjat pubbliku-privat mingħajr preċedenti, billi tgħaqqad l-partijiet interessati essenzjali ta' l-industrija ta' l-aeronawtika u tad-dinja tar-riċerka.

Illum din l-isfida saret realtà permezz tat-tnedija ta' l-inizjattiva teknoloġika konġunta "Clean Sky" English li tiġbor 86 organizzazzjoni minn 16-il pajjiż, 54 intrapriża, li jinkludu 20 SMEs, 15-il ċentru ta' riċerka u 17-il università.

Dawn il-partenarjati ta' era ġdida huma l-frott ta' programm speċifiku "Kooperazzjoni" tas-Seba Programm Ewropew ta' Qafas (FP7) English għar-riċerka u l-iżvilupp. B'baġit ta' 1,6 biljun ewro (li 800 miljun jingħataw mis-7PQ), l-inizjattiva se tħaffef l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi li se jwasslu għal ġenerazzjoni ġdida ta' "ajruplani ambjentali".

"Clean Sky" se jimxi skond sitt dominji tekniki English (id-"dimostraturi tat-teknoloġija integrata"), ivarjaw minn muturi għad-disinn ta' l-ajruplan. Valutatur teknoloġiku English se janalizza r-riżultati tar-riċerki, mill-fażi sperimentali sa l-istadju tat-titjira tal-mudelli. 

Sa l-2020, l-inizjattiva "Clean Sky" għandha l-mira li tnaqqas l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju b'50 %, dawk ta' l-ossidu tan-nitroġenu b'80 %  u tat-tniġġis ta' l-istorbju b'50 %, kif ukoll it-tfassil ta' sistema ta' ħajja ekoloġika għall-prodotti – id-disinn, il-manifattura, il-manutenzjoni u r-rimi / ir-riċiklaġġ.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli