Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-settur Ewropew tal-apps għandu jieħu spinta 'l quddiem - 18/02/2014

Smartphones għall-wiri © EU

Kważi 5 miljun impjieg u €63 biljun jistgħu jiġu miżjuda mal-ekonomija tal-UE sal-2018, skont studju tal-UE.

Is-suq għal “apps” - softwer ta' applikazzjoni għal apparat ċellulari - diġà jimpjega miljun żviluppatur u 800,000 ruħ f'karigi ta' kummerċjalizzazzjoni u appoġġ fl-UE. Dan jista' jiżdied għal kważi 5 miljuni sal-2018 skont rapport English reċenti.

L-ekonomija tal-apps tal-UE bħalissa qed iddaħħal €17.5 biljun fis-sena. Aktar infiq tal-konsumatur flimkien ma’ żieda fir-reklamar u xogħol b’kuntratt jista’ jwassal għal żieda fid-dħul annwali sa €63bn tul il-5 snin li ġejjin.

Nindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet

Minkejja li hija mexxejja globali fl-iżvilupp tal-apps tal-logħob, l-UE għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti f’termini ta’ taħriġ u salarji ta' żviluppaturi.

Għaldaqstant l-UE qed tissieħeb mal-industrija u organizzazzjonijiet oħra fil-Gran Koalizzjoni għall-Impjiegi Diġitali English. L-għan huwa li aktar nies — partikolarment iż-żgħażagħ - jiġu armati bil-ħiliet li hemm bżonn biex jgħinu jimlew il-bżonn dejjem jikber madwar l-UE għal nies fl-IT.

L-UE varat ukoll is-sit web dwar l-Edukazzjoni Miftuħa Europa li jippermetti lill-istudenti, il-professjonisti u l-istituzzjonijiet edukazzjonali jaqsmu riżorsi tal-edukazzjoni miftuħa u ta' użu liberu.

Ntoppi tekniċi

Sabiex l-UE tilħaq il-potenzjal tagħha fis-settur tal-apps, iridu jiġu solvuti ċerti nuqqasijiet. Dawn jinkludu konnettività dgħajfa, problemi ta' konnessjoni bejn il-pajjiżi, u limitazzjonijiet ta’ servizz ta’ netwerk f’xi pajjiżi membri.

L-iżviluppaturi tal-UE huma mħassba wkoll minħabba n-nuqqas ta’ servizzi 4G u interoperabilità bejn pjattaformi bbażati fl-Istati Uniti bħall-Android, l-iOS u l-Facebook. Id-dipendenza de facto fuq dawn il-pjattaformi qegħda wkoll tnaqqas id-dħul.

Għajnuna għan-negozji tal-UE

B’aktar minn 500 miljun konsumatur fl-UE il-potenzjal għan-negozji u l-iżviluppaturi huwa enormi. L-UE qed taħdem biex tissimplifika r-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur u l-liċenzjar biex twassal l-ideat fis-suq.

Biex l-intraprenditorija tal-ICT u l-web tiġi promossa fl-Ewropa u tgħin lill-kumpaniji jiffjorixxu, l-UE nediet Startup Europe li tiġbor flimkien l-intraprendituri ġodda u mexxejja tas-suq biex jaqsmu l-ideat u jiżviluppaw prodotti u servizzi ġodda.

Il-passi li jmiss

Il-Parlament Ewropew bħalissa qed jiddiskuti pjanijiet biex iwassal “Kontinent Konness English”. Dan jinkludi t-titjib tal-4G b’veloċità għolja u servizzi broadband li se jkunu vitali għall-ġejjieni tal-UE fis-settur tal-apps.

Stqarrija għall-istampa — Spinta ta' €63 biljun fl-apps DeutschEnglishfrançais

Startup Europe English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli