Mogħdija tan-navigazzjoni

Jinbeda l-akbar investiment tal-Ewropa fir-riċerka u l-iżvilupp. - 16/12/2013

Máire Geoghegan-Quinn, il-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u x-Xjenza, tniedi l-programm Orizzont 2020

Il-programm ewlieni tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE – Orizzont 2020 - se jinvesti biss biss €15-il biljun fi proġetti għall-ħolqien tal-impjiegi fl-ewwel sentejn tiegħu.

Il-programm Orizzont 2020 beda l-ġimgħa l-oħra meta kienu reklamati l-ewwel sejħiet kompetittivi għal proġetti li qed jitolbu finanzjament.

Matul is-7 snin li ġejjin, €80 biljun se jkunu disponibbli għall-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-kumpaniji biex jgħinu jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fi prodotti u f'servizzi innovattivi u ġodda.

Hu ttamat li l-investiment massiv se jsaħħaħ l-ekonomija tat-tagħrif tal-Ewropa u se jippromwovi skoperti xjentifiċi, billi jgħin il-kontinent iżomm l-istess pass mal-kompetituri dinjin.

Tisħiħ tal-innovazzjoni u tkabbir ekonomiku

Flimkien mal-investiment privat li l-programm se jattira, il-finanzjament bikri pprovdut għandu jwassal għal aktar skoperti teknoloġiċi u jgħin biex jiġu trasferiti ideat innovattivi mil-laboratorju għas-suq.

Is-sejħiet tal-2014/15 jinkludu €500 miljun maħsubin għan-negozji ż-żgħar u ta' daqs medju.

Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni ddikjarat il-prijoritajiet ta' finanzjament tagħha matul is-sentejn li ġejjin, biex tingħata aktar ċertezza dwar id-direzzjoni tal-politika ta' riċerka tal-UE. Il-fond se jiffoka fuq 12-il qasam fl-2014/15, fosthom il-kura tas-saħħa personalizzata, is-sigurtà diġitali u l-ibliet intelliġenti .

Bis-saħħa tal-programm, ix-xjentisti se jkunu jistgħu jingħataw għotjiet ta' flus permezz tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka English u r-riċerkaturi żgħażagħ se jkunu jistgħu jakkwistaw boroż ta' studji.

Il-finanzjament għall-industrija se jsaħħaħ oqsma bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, in-nanoteknoloġiji, il-manifattura avvanzata, ir-robotika, il-bijoteknoloġiji u r-riċerka spazjali.

Sadanittant, oqsma bħas-saħħa, l-agrikultura, l-enerġija u t-trasport se jkunu jistgħu jakkwistaw finanzjament permezz ta' baġit maħsub biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali.

Aċċess eħfef għall-finanzjament

Mill-anqas 60% tal-baġit kollu ta' Orizzont 2020 se jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u mill-anqas 35% tan-nefqa se jkunu marbutin mal-klima.

Meta mqabbla ma’ programmi ta’ riċerka preċedenti tal-UE, il-proċedura ta’ applikazzjoni għal Orizzont 2020 ġiet issimplifikata sabiex il-parteċipanti jiksbu deċiżjonijiet minnufih dwar il-finanzjament u jiffokaw biex iniedu l-proġetti l-ġodda kemm jista' jkun maljar.

Stqarrija għall-istampa – Imniedi l-finanzjament tar-riċerka tal-UE (Orizzont 2020) 

Mistoqsijiet frekwenti dwar Orizzont 2020 English 

Applika għal finanzjament tar-riċerka tal-UE English 

Sfond għall-politika tar-riċerka tal-UE – il-websajt ta' Orizzont 2020 English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli