Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjanijiet tal-UE biex jispiċċaw it-tariffi tar-roaming tal-mowbajls - 16/09/2013

Mowbajl fuq passaporti, flus tal-ewro u mappa tal-Ewropa © EU

Strateġija ġdida tipprova tarmonizza s-settur tat-telekomunikazzjoni, tipprojbixxi t-tariffi tar-roaming, tnaqqas il-burokrazija għan-negozji u tintroduċi drittijiet ġodda għall-utenti u l-fornituri tas-servizzi.

Minkejja 26 sena ta' progress, is-settur tat-telekomunikazzjoni fl-UE għadu frammentat, u jopera l-iktar fuq il-bażi tas-swieq nazzjonali. B'riżultat ta' dan il-kumpaniji Ewropej waqgħu lura wara l-kompetituri tagħhom fl-Istati Uniti u l-Asja.

Il-pakkett "Kontinent Konness" PDFEnglish għandu l-għan li jerġa' jagħti l-ħajja lis-setturi tat-telekomunikazzjoni fl-UE billi jelimina t-tariffi tar-roaming u jissimplifika r-regoli biex jippromwovi l-investiment fin-netwerks il-ġodda b'veloċità għolja biex jiġi stimolat it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi.

Is-settur ekonomiku qed jiddependi dejjem iktar fuq konnessjonijiet iktar rapidi, u hu stmat li t-tlestija tas-suq uniku tat-telekomunikazzjoni se toħloq eluf ta' impjiegi u żżid il-PDG bi kważi 1% kull sena.

It-tmiem tat-tariffi tar-roaming

Minn Lulju 2014 mhux se jkollok tħallas iktar meta tirċievi telefonata fuq il-mowbajl waqt li tkun qed tivvjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE. Il-kumpaniji se jkollhom joffru pakketti “uża r-roaming qisek qiegħed f'pajjiżek" li japplikaw fl-UE kollha, jew jippermettulek tuża fornitur tar-roaming separat mingħajr ma tbiddel il-kard SIM oriġinali.

It-tariffi għas-sejħiet internazzjonali se jkunu limitati għall-prezz ta' sejħiet domestiċi fuq distanzi twal u sejħiet fuq il-mowbajl bejn pajjiżi differenti tal-UE se jkunu limitati għal €0.19 kull minuta (VAT mhux inkluż).

Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll in-"newtralità tal-internet" English – il-prinċipju li l-Internet għandu jkun sistema miftuħa – li jfisser li l-kumpaniji mhux se jkunu jistgħu jagħmlu offerti, pereżempju, għal veloċitajiet ogħla ta' trażmissjoni tad-dejta, li jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għar-rivali tagħhom.

Drittijiet tal-konsumatur madwar l-Ewropa

L-armonizzazzjoni totali tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur se telimina l-bżonn li s-servizzi jiġu adattati f'kull pajjiż u se tagħti iktar protezzjoni lill-konsumatur.

Iċ-ċittadini tal-UE se jgawdu wkoll minn kuntratti simplifikati f''lingwaġġ ċar', iktar drittijiet biex ibiddlu l-fornitur jew il-kuntratt tagħhom, u se jkunu jistgħu jħassru kuntratt jekk ma tingħatax il-veloċità tal-internet imwiegħda.

It-tnaqqis tal-burokrazija u iktar investiment

L-UE trid tagħmilha iktar faċli għall-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni biex jidħlu fi swieq ġodda. Biex dan jitwettaq, liċenzja f'pajjiż se tkun valida fl-UE kollha u l-allokazzjonijiet futuri tal-ispettru għall-broadband se jkunu standardizzati biex il-pjanijiet ta' investiment bejn pajjiżi differenti jiġu simplifikati.

Biex jitħeġġeġ l-investiment fil-broadband fibrottiku veloċi u jiġi żgurat iktar aċċess għas-servizzi 4G u Wi-Fi, il-prezzijiet għall-kiri tal-aċċess għan-netwerks se jiġu stabilizzati. Dan għandu jsaħħaħ il-kompetizzjoni fis-settur.

Il-passi li jmiss

Il-proposti jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u ta' 28 pajjiż tal-UE.

Aktar informazzjoni dwar "Kontinent Konness" English

Nikkollegaw l-Ewropa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli